JUM IT-TIFKIRA - IL-ĦADD, 11 TA' NOVEMBRU, 2012
Jum it-Tifkira, li huwa ċċelebrat fil-pajjizi kollha tal-Commonwealth, b'ġieħ il-vittmi kollha taż-żewġ Gwerer Dinjija, se jkun mfakkar f'Malta mill-Kumitat Festi Nazzjonali nhar il-Ħadd, 11 ta' Novembru, 2012. Fl-istess okkażjoni se jiġu fi tmiemhom ukoll iċ-ċelebrażżjonijiet ta’ tifkira li saru matul din is-sena fl-okkażjoni tas-sebgħin anniversarju mill-għoti tal-George Cross.
Il-Quddiesa Konċelebrata fil-Konkatidral ta' San Ġwann, Valletta se tkun immexxija mill-E.T. Rev.mu Monisinjur Pawl Cremona, Arċisqof ta’ Malta u tibda fid-9.15 ta’ filgħodu.
Qabel il-Quddiesa, il-President ta' Malta jispezzjona Gwardja ta' l-Unur mill-Forzi Armati ta' Malta. Tieħu sehem ukoll il-Banda tal-Forzi Armati.
Wara, fil-10.40 ta’ filgħodu, issir ċerimonja ta' Tifkira ħdejn il-Monument tal- Gwerra, il-Floriana. Matul din iċ-Ċerimonja jitqiegħdu kuruni mal-Monument tal-Gwerra mill-għola awtoritajiet nazzjonali u persuni distinti flimkien ma’ għaqdiet oħra li ser jattendu wkoll għall-Quddiesa.
Il-Forzi Armati ta' Malta u Kontingent mill-Korp tal-Pulizija se jifformaw flimkien Gwardja tal-Unur għal matul iċ-Ċerimonja tat-Tqegħid ta' Kuruni. Jieħu sehem ukoll kontingent ta' ex-Servicemen mir-Royal British Legion flimkien ma organizazzjonijiet oħra. Waqt iċ-ċerimonja fuq il-mafkar tal-Gwerra se jkun hemm ukoll flypast b’ajruplan ta’tip King Air tal-Forzi Armati.
Nhar is-Sibt 10 ta’ Novembru fis-6 ta’ filgħaxija se ssir ukoll serata soċjo-kulturali fil-kwartieri tal-British Legion fi Triq Melita Valletta fejn matulha se jindirizza lil dawk preżenti l-Onor Lawrence Gonzi, Prim Ministru.
L-appell tradizzjonali ta' Jum it-Tifkira mill-Poppy Day Appeal Fund, bħala għajnuna lil dawk il-Maltin li kienu fis-Servizzi u lid-dipendenti tagħhom issir fl-istess perjodu ta’ żmien.
Stqarrijiet Oħra:
PR262026
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...
PR262025en