Left arrow Mur Lura

INVESTIMENT U OPPORTUNITAJIET ĠODDA TAX-XOGĦOL FIS-SETTUR TAS-SERVIZZI: IL-KUMPANIJA ALERT CREATIVE TESPANDI U ŻŻID IL-ĦADDIEMA

pr2422
Date Icon 05/11/2012

Il-kumpanija Alert Creative se tkompli tinvesti fi spazju addizzjonali biex tlaħħaq mat-talba akbar tas-servizzi tagħha, li wasslu biex mill-bidu ta’ din is-sena timpjega 13-il persuna ġdida. Dan tħabbar waqt it-tnedija ta’ servizz ġdid, il-PaySafeCard, li tagħha Alert Creative se tkun id-distributur uniku f’Malta.

Waqt diskors tal-okkażjoni, il-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment Tonio Fenech esprima s-sodisfazzjon tiegħu għas-suċċess li qed jinkiseb minn din il-kumpanija, li qed ifisser opportunità tax-xogħol għal 40 professjonist. Huwa qal li din il-kumpanija hija riflessjoni tas-suċċess tal-ekonomija Maltija, li fi ftit żmien qed tittrasforma ruħha f’waħda dinamika, innovattiva, u li qed tiġġenera diversi opportunitajiet ta’ xogħol fil-qasam tas-servizzi. Dan kien innutat ukoll mill-aġenzija Fitch, li f’analiżi dwar pajjiżna din is-sena kkumentat li Malta rnexxilha twettaq bidla strutturali lejn esportazzjoni ta’ valur miżjud, b’mod partikolari fis-settur tas-servizzi.

Minkejja l-isfidi li rajna fl-ambjent ta’ madwarna fl-aħħar snin, bqajna nattiraw investiment barrani u lokali anke fis-settur tal-ICT. Filfatt, fl-aħħar 4 snin pajjiżna ra żieda ta’ 50% f’negozji marbuta mal-ICT, li llum iħaddmu 6,400 ruħ.

Il-Ministru faħħar lill-kumpanija li investiet fit-taħriġ tal-impjegati tagħha, grazzi wkoll għall-Programm Training Aid Framework, filwaqt li impjegat 3 persuni ġodda grazzi għall-Employment Aid Programme. Dawn iż-żewġ programmi huma kofinanzjati mill-Unjoni Ewropea.

Tonio Fenech tkellem dwar l-investiment kontinwu fil-qasam edukattiv, u rrefera għall-Iskema Get Qualified, li tipprovdi tnaqqis mit-taxxa għal studenti li jiksbu kwalifika minn istituzzjoni privata. Filwaqt li aktar minn 2,000 student diġà gawdew minn din l-iskema u frankaw kważi 8 miljun ewro f’taxxa, illum tħabbru numru ta’ emendi u issa l-iskema se tkopri wkoll degrees fil-manifattura avvanzata, is-settur marittimu, l-enerġija u x-xjenzi tal-ħajja. Dawn se jiżdiedu ma’ korsijiet marbuta mal-avjazzjoni, l-ekonomija, il-farmaċewtika, l-indsutrija tal-kreattività u l-ICT li diġà kienu eliġibbli. Aktar minn hekk, emenda importanti oħra kienet dik b’rabta ma’ studju fuq livell ta’ dottorat u post-dottorat, fejn l-iskema Get Qualified se tappoġġja l-istudenti kollha rrispettivament mill-qasam tal-ispeċjalizzajoni tagħhom.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Imnedija l-Iskema Familja+ b’investiment ta’ €4.7 miljun li mistennija tilħaq madwar 7,000 tifel u tifla

PR262026

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  Minister Silvio Schembri opens Tech Xpo and launches Malta’s AI Strategy 2.0

PR262025en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

Aktar Stqarrijiet Right arrow