Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU, KULTURA U L-AMBJENT

pr2420
Date Icon 05/11/2012

MEMBRI SOSTITUTI FIT-TRIBUNAL TAL-APPELL TAL-MEPA HUMA ELIĠIBBLI LI JISIMGĦU KAŻIJIET DWAR APPLIKAZZJONIJIET LI JINTBAGĦTU MILL-QORTI TAL-APPELL

Kuntrarjament għal dak allegat mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Ippjannar, Roderick Galdes fl-istqarrija tiegħu, hemm appuntati ħames persuni li jservu ta’ sostituti għall-membri tat-Tribunal tal-Appelli tal-MEPA (liema tribunal jikkonsisti fi tlett membri) meta xi membru jew il-membri kollha tal-istess Tribunal ma jistgħux jisimgħu appell għal raġunijiet stipulati fil-liġi fosthom għaliex ikunu diġa’ semgħu u ttrattaw l-istess appell fuq il-mertu. Il-membri sostituti huma il-Prof. Kevin Aquilina, il-Perit Patrick Camilleri, il-Perit Dr. Conrad Thake,  l-Perit Albert Borg Costanzi u l-Perit Reuben Sciortino. Dawn ġew maħtura mill-President ta’ Malta skont ma titlob il-liġi. Għalhekk xejn mhu jwaqqaf lill-membri milli jisimgħu u jagħtu deċiżjoni fuq appelli li kienu deċiżi oriġinarjament mill-Bordijiet tal-Appell preċedenti. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Imnedija l-Iskema Familja+ b’investiment ta’ €4.7 miljun li mistennija tilħaq madwar 7,000 tifel u tifla

PR262026

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  Minister Silvio Schembri opens Tech Xpo and launches Malta’s AI Strategy 2.0

PR262025en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

Aktar Stqarrijiet Right arrow