Left arrow Mur Lura

AKTAR ŻGĦAŻAGĦ IKOMPLU BL-ISTUDJI TAGĦHOM WARA L-FORM 5: L-UNIVERSITÀ TA’ MALTA TIFTAĦ IL-BIBIEN TAGĦHA GĦAT-TFAL TAL-ISKEJJEL SEKONDARJI U GĦALL-PUBBLIKU ĠENERALI

pr2419
Date Icon 05/11/2012

Mijjiet ta’ studenti minn skejjel sekondarji u minn sixth forms qed iżuru l-Università ta’ Malta f’open week li qed tittella’ din il-ġimgħa fil-kampus kemm għall-istudenti kif ukoll għall-pubbliku inġenerali. L-għan ta’ Discover University Open Week huwa li jintroduċi lit-tfal u lill-adoloxxenti għall-ħajja universitarja filwaqt li tħeġġiġhom biex ikomplu jistudjaw wara li jispiċċaw l-edukazzjoni obbligatorja.

Dan qalu l-Onor Clyde Puli, Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport, meta dalgħodu fetaħ uffiċjalment din l-open week li matulha se jkunu qed iżuruha kważi 2,000 student minn 20 skola differenti.

L-Onor Puli qal li fl-aħħar snin pajjiżna għamel passi ta’ ġgant fl-edukazzjoni post sekondarja filwaqt li fakkar li illum madwar 83% tal-istudenti li jispiċċaw l-edukazzjoni obbligatorja jkomplu jistudjaw, kważi d-doppju mill-43% li kien jkomplu jistudjaw fl-1999. Huwa qal li bħalissa madwar 20,000 student qed ikomplu jistudjaw wara l-Form 5.

Is-Segretarju Parlamentari spjega li dawn ir-riżultati inkisbu għaliex fl-aħħar snin il-Gvern investa fl-edukazzjoni biex jagħti opportunitajiet lill-kulħadd, fetaħ il-bibien tal-Università beraħ għal kull min ried ikompli bl-istudji tiegħu u qed jinvesti mat-23 miljun ewro fis-sena biex 18,800 student qed jieħdu stipendju.

Puli saħaq li fost l-invesitment li għamel il-Gvern fl-edukazzjoni post sekondarja, l-Università ta’ Malta illum toffri madwar 800 kors differenti, żieda ta’ aktar minn 200 kors mill-bidu tal-leġiżlatura. Dan flimkien ma’ miżuri oħra li ttieħdu mill-2008 l’hawn, fosthom f’istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni post sekondarja bħall-MCAST, il-Junior College u l-ITS, li komplew isaħħu l-missjoni tal-Gvern biex uliedna jirnexxu lkoll 

Huwa tenna li fl-Università mill-2008 l’hawn, żdiedu l-Fakultajiet fl-Università fosthom il-Fakulta tas-Social Wellbeing, u l-Fakulta tal-Media u Knowledge Sciences; tneħħa n-Numerus Clausus fil-Korsijiet tal-Infermiera; sar titjib fil-Kampus t’Għawdex; bdew jiġu offruti Dual/Joint International Master Programmes; u qed jinbena Kampus ġdid fil-Belt Valletta.  Qal ukoll li bħalissa għaddej x-xogħol ta’ estenzjoni fil-Biomedical Science Building, t-tlesta x-xogħol ta’ estensjoni fil-Fakulta tal-Arti filwaqt li sar titjib fil-laboratorji u workshops tax-xjenza, mediċina u inġinerija.

Puli saħaq li din l-open week se tkun qed tikkontribwixxi wkoll biex tiffaċilita’ it-tranżizzjoni tal-adoloxxenti mill-iskejjel sekondarji għall-edukazzjoni ogħla.

Din l-open week fl-Universita’ se jkollha madwar 200 attivita’ differenti fosthom, attivitajiet mużikali li jinkludu lecture dwar produzzjoni tal-mużika elettronika; tours fil-librerija; dibattiti u talks dwar suġġetti differenti; tours f’fakultajiet differenti fosthom fil-Fakulta tal-ICT, tal-Bioloġija u tal-Fiżika; u ikla medjevali imtella mill-Institute of Tourism, Travel and Culture. Dan kollu qed isir bil-għan li l-pubbliku u l-istudenti jieħdu togħma ta’ xi jsir fl-Universita’ u l-faċilitajiet ta’ studju u taħriġ li jeżistu f’dan il-post. 

L-Onor Clyde Puli kien akkumpanjat fost oħrajn mill-organizzaturi ta’ din l-attivita’ u l-Pro Rettur tal-Università, Prof. Mary Anne Lauri.

Din l-open week se tibqa’ miftuħa sa nhar is-Sibt 10 ta’ Novembru.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Imnedija l-Iskema Familja+ b’investiment ta’ €4.7 miljun li mistennija tilħaq madwar 7,000 tifel u tifla

PR262026

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  Minister Silvio Schembri opens Tech Xpo and launches Malta’s AI Strategy 2.0

PR262025en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

Aktar Stqarrijiet Right arrow