Left arrow Mur Lura

STQARRIJA TAL-MINISTERU GĦALL-KOMPETIZZJONI ĠUSTA, NEGOZJI ŻGĦAR U L- KONSUMATUR

pr2415
Date Icon 04/11/2012

Il-PL ikompli jaqta qalb  in-negozjanti Maltin u Ghawdxin

In-numru tas-Self Employed zdiedu u l-Gvern kompla jincentiva dan is-settur sabiex ikompli jikber, jissahhah u johloq l-impjiegi

Il-Gvern jemmen fis-sħiħ fil-potenzjal li jħaddnu n-negozji ż-żgħar u medji u għaldaqstant, qiegħed kontinwament jaħdem favurihom sabiex joffri l-aħjar possibli, lilhom u lill-familji tagħhom.

Fl-ahhar erba snin, in-numru ta' self employed ziedu minn 20,445 ghal 24,493. In-numru tas-self employed nisa zdiedu wkoll tant li din is- sena gew jammontaw ghal 4278. Huwa car li l-PL irid jhawwad l-imhuh tas-self employed u jbezzaghhom b'affarijiet li ma jezistux. Fl-ahhar snin, il-Gvern hadem fuq skemi ta' fejda sabiex lis-self employed isahhahhom .Ghal dan il-ghan, il-Gvern qieghed joffri skemi konkreti li ilu jamminsitra għal dawn l-aħħar xhur u snin sabiex fostl-ohrajn jiffaċilita l-aċċess għal kreditu ghan-negozji z-zghar. Il-Microcredit jew kif inhi magħrufa l-Jeremie, huwa eżempju ħaj ta’ aċċess faċli għal kreditu ;skema ta’ self sussidjat, li diġa għenet aktar minn 340 sid ieħor ta’ negozju li bejniethom investew 53.6 miljun ewro. Skema oħra li tgħin għall-aċċess facli ta’ kreditu hija l-Microguarantee li  permezz tagħha, is-self-employed u sidien ta’ negozju li jħaddmu sa 20 persuna , ikunu jistgħu jibbenefikaw minn garanziji biex jittieħed self minn banek biex dawn jibdew jew ikabbru n-negozju tagħhom. Dan is-self se jkun jista’ jkopri xiri ta’ assi u working capital marbut miegħu. Min jitlob self biex jinvesti se jkun qed jintalab sigurtà li tkopri biss 10% tas-self meħtieġ.

Dan kollu apparti il-one stop shop, il-Business First li huwa mhaddem mill-Malta Enterprise. Dan il-one stop shop beda jopera f’Jannar li għadda u fisser sal-llum iktar minn 8,300 kuntatt minn eluf ta’ self employed u negozji żgħar li nqdew taħt saqaf wieħed minn iktar minn 20 dipartiment tal-Gvern. Hafna mis-servizzi qed jingħataw fi żmien għaxart ijiem ta’ xogħol. Il-Business First qed tfisser frankar ta’ eluf kbar ta’sigħat f’ġiri jew ħela ta’ ħin lin-negozji żgħar tagħna.Dan qed ifisser anqas burokrazija u aktar flessiiblita u accessibilita’. 

Rapport li għadu kif ħareg mill-Kummissjoni Ewropea, jindika biċ-ċar li Malta sejra tajjeb ħafna meta mqabbla ma’ pajjizi kbar fis-settur tan-negozji żgħar u medji. Filfatt Malta laħqet l-livelli ta’ pajjizi kbar bħall-Austria u l-Germanja. Ir-rapport jghid li l-inqas li ntlaqtu mill-krizi finanzjarja minn fost il-pajjzi kolha fiz-zona Ewro huma n-negozji Maltin u jidher li sal-aħħar ta’ din is-sena , Malta għandha tibqa’ sejra tajjeb f’dan is-settur. Dan ir-riżultat jindika li minkejja l-mewġ tal-kriżi ekonomika li ħakmet id-dinja kollha, in-negozji Maltin u Għawdxin għadhom b’saħħithom . Dan ir-rizultat jissarraf f’bidla għall-aħjar f’dan is-settur  u dan grazzi għall-ħidma mill-Gvern favur in-negozji sabiex dawn jikbru, jżiedu l-impjiegi u jsaħħu l-ekonomija Maltija. Dan filwaqt li qed jaħdem biex tkompli tonqos il-burokrazija u jiżviluppa ambjent li jkompli jiffavorixxi l-investiment. 

Gie fi tmiemu wkoll il-proċess ta’ konsultazzjoni dwar proposti li jemendaw regolamenti dwar il-liċenzji tal- kummerċ u dan biex tizdied aktar il-flessibilita . Il-proposti l-ġodda li se gew fis-sehh dan ix-xahar stess, se jfissru li n-negozji Maltin u Ghawdxin se jkollhom regoli aktar semplici u b’anqas burokrazija. L-emendi fost l-oħrajn inkludu li min ikun se jiftaħ negozju ġdid (li ma jinvolvix ikel jew saħħa), mhux se jkollu aktar għalfejn japplika għall-liċenzja mid-Dipartiment tal-Kummerċ iżda jibgħat biss notifika. Wieħed mhux se jkollu bżonn ukoll jissottometti kopja ċertifikata tal-permess tal-MEPA u lanqas kopja tal-floor plan tal-bini kummerċjali kif inhu l-każ sal-llum, iżda se jkollu bżonn biss jipprovdi n-numru tal-permess tal-ippjanar maħrug mill-MEPA. 

Dan huwa tassew Gvern li jpoggi fuq quddiem l-interessi tan-negozji u tal-familji taghhom sabiex dawn  minn naha taghhom irendu, issahhu l-ekonomija Maltija u jiggeneraw aktar impjiegi.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Imnedija l-Iskema Familja+ b’investiment ta’ €4.7 miljun li mistennija tilħaq madwar 7,000 tifel u tifla

PR262026

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  Minister Silvio Schembri opens Tech Xpo and launches Malta’s AI Strategy 2.0

PR262025en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

Aktar Stqarrijiet Right arrow