STQARRIJA TAL-MINISTERU GĦALL-KOMPETIZZJONI ĠUSTA, NEGOZJI ŻGĦAR U L- KONSUMATUR
Il-PL ikompli jaqta qalb in-negozjanti Maltin u Ghawdxin
In-numru tas-Self Employed zdiedu u l-Gvern kompla jincentiva dan is-settur sabiex ikompli jikber, jissahhah u johloq l-impjiegi
Il-Gvern jemmen fis-sħiħ fil-potenzjal li jħaddnu n-negozji ż-żgħar u medji u għaldaqstant, qiegħed kontinwament jaħdem favurihom sabiex joffri l-aħjar possibli, lilhom u lill-familji tagħhom.
Fl-ahhar erba snin, in-numru ta' self employed ziedu minn 20,445 ghal 24,493. In-numru tas-self employed nisa zdiedu wkoll tant li din is- sena gew jammontaw ghal 4278. Huwa car li l-PL irid jhawwad l-imhuh tas-self employed u jbezzaghhom b'affarijiet li ma jezistux. Fl-ahhar snin, il-Gvern hadem fuq skemi ta' fejda sabiex lis-self employed isahhahhom .Ghal dan il-ghan, il-Gvern qieghed joffri skemi konkreti li ilu jamminsitra għal dawn l-aħħar xhur u snin sabiex fostl-ohrajn jiffaċilita l-aċċess għal kreditu ghan-negozji z-zghar. Il-Microcredit jew kif inhi magħrufa l-Jeremie, huwa eżempju ħaj ta’ aċċess faċli għal kreditu ;skema ta’ self sussidjat, li diġa għenet aktar minn 340 sid ieħor ta’ negozju li bejniethom investew 53.6 miljun ewro. Skema oħra li tgħin għall-aċċess facli ta’ kreditu hija l-Microguarantee li permezz tagħha, is-self-employed u sidien ta’ negozju li jħaddmu sa 20 persuna , ikunu jistgħu jibbenefikaw minn garanziji biex jittieħed self minn banek biex dawn jibdew jew ikabbru n-negozju tagħhom. Dan is-self se jkun jista’ jkopri xiri ta’ assi u working capital marbut miegħu. Min jitlob self biex jinvesti se jkun qed jintalab sigurtà li tkopri biss 10% tas-self meħtieġ.
Dan kollu apparti il-one stop shop, il-Business First li huwa mhaddem mill-Malta Enterprise. Dan il-one stop shop beda jopera f’Jannar li għadda u fisser sal-llum iktar minn 8,300 kuntatt minn eluf ta’ self employed u negozji żgħar li nqdew taħt saqaf wieħed minn iktar minn 20 dipartiment tal-Gvern. Hafna mis-servizzi qed jingħataw fi żmien għaxart ijiem ta’ xogħol. Il-Business First qed tfisser frankar ta’ eluf kbar ta’sigħat f’ġiri jew ħela ta’ ħin lin-negozji żgħar tagħna.Dan qed ifisser anqas burokrazija u aktar flessiiblita u accessibilita’.
Rapport li għadu kif ħareg mill-Kummissjoni Ewropea, jindika biċ-ċar li Malta sejra tajjeb ħafna meta mqabbla ma’ pajjizi kbar fis-settur tan-negozji żgħar u medji. Filfatt Malta laħqet l-livelli ta’ pajjizi kbar bħall-Austria u l-Germanja. Ir-rapport jghid li l-inqas li ntlaqtu mill-krizi finanzjarja minn fost il-pajjzi kolha fiz-zona Ewro huma n-negozji Maltin u jidher li sal-aħħar ta’ din is-sena , Malta għandha tibqa’ sejra tajjeb f’dan is-settur. Dan ir-riżultat jindika li minkejja l-mewġ tal-kriżi ekonomika li ħakmet id-dinja kollha, in-negozji Maltin u Għawdxin għadhom b’saħħithom . Dan ir-rizultat jissarraf f’bidla għall-aħjar f’dan is-settur u dan grazzi għall-ħidma mill-Gvern favur in-negozji sabiex dawn jikbru, jżiedu l-impjiegi u jsaħħu l-ekonomija Maltija. Dan filwaqt li qed jaħdem biex tkompli tonqos il-burokrazija u jiżviluppa ambjent li jkompli jiffavorixxi l-investiment.
Gie fi tmiemu wkoll il-proċess ta’ konsultazzjoni dwar proposti li jemendaw regolamenti dwar il-liċenzji tal- kummerċ u dan biex tizdied aktar il-flessibilita . Il-proposti l-ġodda li se gew fis-sehh dan ix-xahar stess, se jfissru li n-negozji Maltin u Ghawdxin se jkollhom regoli aktar semplici u b’anqas burokrazija. L-emendi fost l-oħrajn inkludu li min ikun se jiftaħ negozju ġdid (li ma jinvolvix ikel jew saħħa), mhux se jkollu aktar għalfejn japplika għall-liċenzja mid-Dipartiment tal-Kummerċ iżda jibgħat biss notifika. Wieħed mhux se jkollu bżonn ukoll jissottometti kopja ċertifikata tal-permess tal-MEPA u lanqas kopja tal-floor plan tal-bini kummerċjali kif inhu l-każ sal-llum, iżda se jkollu bżonn biss jipprovdi n-numru tal-permess tal-ippjanar maħrug mill-MEPA.
Dan huwa tassew Gvern li jpoggi fuq quddiem l-interessi tan-negozji u tal-familji taghhom sabiex dawn minn naha taghhom irendu, issahhu l-ekonomija Maltija u jiggeneraw aktar impjiegi.
Other Press Releases:
PR262026
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...
PR262025en