Left arrow Mur Lura

BEJN NOVEMBRU 2012 U FRAR 2013 SE JITĦAWLLU MAD-9,000 SIĠRA

pr2413
Date Icon 04/11/2012

Permezz tal-Kampanja 34U bejn Novermbru 2012 u Frar tas-sena 2013 se jkunu tħawwlu mad-9,000 siġra b’nofshom se jitħawwlu fil-Park tal-Familja f’Wied il-Għajn. Dan ħabbru l-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali George Pullicino waqt li llum żar it-Tree Planting day li ttelgħet f’Għajn Tuffieħa.

Is-sit fejn ġiet organizza it-Tree Planting Day li għaliha attendew mijiet ta’ familji issa jilqa fih mal-4,000 siġra. B’hekk permezz tal-kampanja 34U minn mindu inbdiet fl-2004 sa’ Frar 2013 se jkunu tħawwlu mal-124,000 siġra indiġena bħal ma huma is-siġar taż-żebbuġ, l-għargħar, siġar tal-luq, tal-ħarrub, u tal-ballut fost oħrajn. B’dawn is-siġar jisebbaħ pajjiżna, jitħares l-ambjent u s-saħħa tat-tfal u l-familji.

L-aktar 6 postijiet li fihom tħawwlu siġar permezz tat-34U huma f’Ta’ Qali b’ammont li jaqbeż l-20,000 siġra, is-Salina fejn tħawwlu aktar minn 12,000, Xrobb l-Għagin b’aktar minn 14,500, il-Magħtab  b’madwar 13,000 siġra, fil-Mellieha tħawwlu  ‘l fuq minn 11,000,  filwaqt li f’Marsaskala tħawwlu qrib l-10,000 siġra.

Permezz ta’ tħawwil ta’ aktar siġar żdiedu l-postijiet ta’ rikreazzjoni biex it-tfal u l-familji jiltaqgħu u jilagħbu f’ambjent tajjeb għal saħħithom.  Dawn jinkludu:

il-Park Nazzjonali ta’ Ta’ Qali fejn saru erba’ estensjonijiet u se jkompli jitkabbar,

il-Park Nazzjonali tas-Salini fejn fl-aħħar snin ġie msebbaħ u estiż b’aktar siġar,

Park fi Xrobb l-Ġħaġin f’Marsaxlokk,

Masġar tas-siġar taż-Żebbuġ f’San Ġwann,

Foresta 2000 fil-Mellieħa,

Il-Park tal-Majjistral fil-Mellieħa,

Ġnien Kottonera f’Bormla,

Camping Area b’ 4,000 siġra f’Għajn Tuffieħa 

Is-siġar li se jitħawwlu fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin se jitħawwlu fil-Park tal-Familja f’Wied il-Għajn, fil-Park tal-Familja fil-Mellieħa, fil-Park ta’ Xrobb l-Għaġin f’Marsaxlokk u fl-aħrax tal-Mellieħa. Fost il-kumpaniji u għaqdiet li qed jikkontribwixxu biex dan isir hemm: Calamatta Cuschieri & Co. Ltd,  Jolly Limited, Tip Top Sports, Malta International Airport,  Sunlife Style Resorts Ltd. -  Eden Lifestyle,  St Joseph School Blata l-Bajda, ,Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ, Vivian Corporation ltd, u De La Rue.

Il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali jirringrazzja lil dawn il-kumpaniji, skejjel u għaqdiet, flimkien ma mijiet ta’ familji li qed jagħżlu li jħawwlu siġra permezz ta’ waħda mill-iskemi tal-kampanja 34U. kull min ikun jixtieq li jħawwel siġra u għal aktar informazzjoni dwar il-kampanja 34U wieħed jista’ jżur is-sit www.mrra.gov.mt jew issieħeb fil-paġna tat-34U fuq Facebook jew iċempel fuq in-numru 22922333.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Imnedija l-Iskema Familja+ b’investiment ta’ €4.7 miljun li mistennija tilħaq madwar 7,000 tifel u tifla

PR262026

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  Minister Silvio Schembri opens Tech Xpo and launches Malta’s AI Strategy 2.0

PR262025en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

Aktar Stqarrijiet Right arrow