IL-MINISTRU CRISTINA F’LAQGĦA MAD-DIRETTUR ĠENERALI TAL-UNESCO
Il-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol, Dolores Cristina ħadet sehem f`konferenza internazzjonali organizzata mill-UNESCO, li ddiskutiet l-iżviluppi fil-qasam tal-edukazzjoni b’riferenza għad-dinja tax-xogħol.
Il-konferenza, bit-tema “Plan with Youth”, ħarset lejn involviment akbar miż-żgħażagħ fil-kamp edukattiv u kif l-edukazzjoni tista’ tkun marbuta aktar mad-dinja tax-xogħol. Il Ministru Cristina kienet waħda minn madwar 25 ministru li attendew għal din il-konferenza li fiha ħadu sehem ukoll esperti minn madwar id-dinja kollha li taw l-esperjenzi tagħhom dwar ħafna proġetti li qed isiru f’dan il-qasam.
Matul din il-konferenza l-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol kellha laqgħa privata mad-Direttur Ġenerali tal-UNESCO, Irene Bokova. Il-Ministru kienet akkumpanjata minn Ray Bondin, l-Ambaxatur u Delegat Permanenti ta’ Malta għall-UNESCO.
Fil-laqgħa ma’ Bokova l-Ministru Cristina tkellmet dwar l-iżviluppi u r-riformi li qed isiru fil-qasam edukattiv f’pajjiżna. Spjegat li hi responsabbli wkoll mill-qasam tax-Xogħol u għalhekk kienet konxja ħafna mir-rabta li għandu jkun hemm bejn l-oqsma tal-edukazzjoni u dak tax-xogħol. Id-Direttur Ġenerali tal-UNESCO uriet interess partikolari għall-iżvilippi li qed isiru f’Malta f’dan il-qasam u esprimiet l-apprezzament tagħha għall-iżviluppi li saru fis-settur edukattiv Malti f’dawn l-aħħar snin.
Other Press Releases:
PR262026
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...
PR262025en