Left arrow Go Back

KUMPENS TA’ €371,422 GĦAL KAŻIJIET DEĊIŻI MIT-TRIBUNAL GĦAT-TALBIET TAL-KONSUMATUR

pr2407
Date Icon 02/11/2012

Fl-aħħar erba snin kien hemm 1294 każijiet deċiżi mit-Tribunal għat-talbiet tal-Konsumatur li fissru kumpens ta’ €371,422. Dan qalu dalgħodu l-Ministru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u l-Konsumatur Jason Azzopardi f’konferenza stampa fejn fiha ta’ dettalji dwar il-funzjoni tat-Tribunal għat-talbiet tal-konsumatur, kif ukoll statistika dwar il-każijiet pendenti. It-tribunal huwa mmexxi mill-Awtorita għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur.

Il-Ministru Azzopardi saħaq li, sfortunatament,ħafna drabi l-konsumatur ma jkunx jaf x’għandu jagħmel sabiex iressaq każ quddiem it-Tribunal u f’ħafna każijiet saħansitra ma jkunux jaf b’tali tribunal u l-funzjoni li dan iħaddan. It-Tribunal li twaqqaf fl-1996, għandu l-funzjoni li jisma’ u jaqra talbiet magħmula minn konsumaturi kontra kummerċjanti meta l-valur tat-talba ma jkunx aktar minn €3,500 u meta t-talba jkollha x’taqsam ma xiri jew kiri minn konsumatur, ta’ oggetti minngħand kummerċjant, jew l-għoti ta’ servizzi minn kummerċjant lill-konsumatur.

Il-Ministru spjega li l-ammont ta’ każijiet preżentati quddiem dan it-Tribunal naqas drastikament  matul din is-sena. Fil-fatt il-każijiet bħalissa jammontaw għal 277. Huwa qal li t-Tribunal joffri diversi vantaġġi għall-konsumaturi. Dan ghaliex it-Tribunal huwa forum li jieħu ħsieb b’mod esklussiv it- tilwim bejn il-konsumaturi u l-kummerċjanti. Barra minhekk, il-miżati huma baxxi; filfatt l-ogħla prezz ta’ reġistrazzjoni huwa ta’ €23.20 euro. Vantaġġ ieħor huwa li l-proċess li jsir minn reġistrazzjoni għal konkluzjoni ta’ każ, huwa ħafna aktar mgħaġġel. Dan jinkludi anki dawk il-każijiet li jkunu aktar komplessi u li jkunu jinvolvu l-appuntar ta’ esperti. Il-proċess huwa wkoll wieħed informali, fejn il-konsumatur ma jeħtieġlux li jkun rappreżentat minn avukat waqt ll-proċeduri nnifishom.

Minn Jannar li għadda kien hemm 260 każ li nqatgħu favur il-konsumatur, 140 każ nqatgħu favur il-kummerċjant filwaqt li kien hemm 31 kaz li ntlaħaq ftehim fuqhom bejn il-konsumatur u n-negozjant. Mill-2009 sa Ottubru ta’ din is-sena, kien hemm 1294 kazijiet decizi mit-Tribunal, fejn il-konsumaturi ingħataw kumpens monitarju ta’ €371,422.

L-ammont ta’ kumpens li ngħata lill-konsumaturi matul din is-sena biss kien ta’€ 128,949. Dan apparti kumpens iehor mhux monitarju li jkun inħareġ mit-Tribunal, bħal xi tiswija jew bdil ta’ xi prodott.  Il-Minsitru spjega wkoll li kien hemm diversi kazijiet li ma spiccawx quddiem it-Tribunal, u dan għaliex ikun ntlaħaq ftehim bejn iż-żewġ partijiet. Spjega li jekk wieħed iżid is-somma tal-każijiet li spiċċaw bi ftehim wara medjazzjoni mil-Awtorità, biex b’hekk ma spiċċawx quddiem it-Tribunal dan jammonta għal aktar min €800,000.

Is-Sur Francis Farrugia, Chariman tal-Awtorità Maltija qal li l-Awtorita ilha għal dan l-aħħar snin taħdem sabiex tnaqqas l-ammont ta’ każijiet u ttejjeb ix-xoghol ta’ dan it-Tribunal. Filfatt spjega, li fl-2011 in-numru ta’ arbitri żdiedu minn 2 għal 4, dan sar  bl-għan prinċipali li jitnaqqas l-backlog tal-każijiet pendenti. Spjega li arbitru minnhom jieħu ħsieb l-kawżi ta’ Għawdex. Din iż-żieda ta’ arbitri fissret li l-kazijiet tnaqqsu drastikament . Filfatt mill-bidu tas-sena sal-llum,in-numru ta’ kazijiet nieżlu minn 600 għal inqas minn 277.

Il-Ministru Azzopardi qal li grazzi għall-Awtorità Maltija għall-Konsumatur, dan huwa mod ieħor ta’ kif il-Gvern juri s-sensittivita tiegħu lejn il-konsumatur u jġib l-interessi tiegħu l-ewwel u qabel kollox. Huwa qal li l-konsumatur għandu kull dritt li jressaq l-ilmenti tiegħu quddiem l-Awtorita, u din minn naħa taggħa toffri l-assistenza u l-gwida tagħha. Mod ieħor ta’ kif l-Gvern jwettaq il-ħidma tiegħu, qal Azzopardi kien meta l-Gvern introduċa l-Att dwar il-Proċedimenti Kollettivi fejn permezz ta’ din il-liġi, konsumatur li jkun jixtieq jiftaħ kawża fil-qorti sabiex jiġu mħarsa d-drittijiet tiegħu, issa jista’ jagħmel dan billi jingħaqad ma konsumaturi oħra li jkollhom l-istess għan.

L-aktar każijiet frekwenti u popolari li l-konsumaturi jressqu quddiem it-Tribunal jinkludu, każijiet relatati ma’ oġġetti diffettuzi fejn f’dan il-każ il-kummercjanti ma jirrispettawx il-garanziji legali jew kummerċjali, każijiet fejn ix-xogħol ma jsirx skond is-sengħa jew differenti minn dak li kien miftiehem kif ukoll każijiet oħra fejn l-aġenzija tal-ivvjaġġar jonqsu milli jżommu ma dak li kien imwiegħed lill-konsumaturi.

Għal aktar informazzjoni wieħed jista jċempel lill-Awtorità għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur fuq 23952000.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Imnedija l-Iskema Familja+ b’investiment ta’ €4.7 miljun li mistennija tilħaq madwar 7,000 tifel u tifla

PR262026

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  Minister Silvio Schembri opens Tech Xpo and launches Malta’s AI Strategy 2.0

PR262025en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

More Press Releases Right arrow