Left arrow Mur Lura

IL-PRESIDENT U S-SINJURA ABELA JĦALLU MALTA

pr2405
Date Icon 01/11/2012

Tard illum wara nofsinhar il-President u s-Sinjura Abela ħallew Malta sabiex iżuru pazjenti Maltin li qegħdin jieħdu l-kura fl-isptarijiet f’Londra.

Waqt din iż-żjara il-President u s-Sinjura Abela se jkunu qed joqogħdu mas-sorijiet Franġiskani tal-Qalb ta' Ġesù u b'hekk ikollhom wkoll l-opportunità jgħixu ghal ftit ġranet ma' pazjenti u qraba tal-pazjenti li  qed jgħixu għand is-sorijiet.

Se jżuru pazjenti li qed jirċievu kura fl-isptarijiet ta' Great Ormond Street Hospital, National Hospital of Neurology and Neurosurgery, Royal Marsden Hospital, Moorfields Eye Hospital u l-Kings College Hospital.

Waqt din iż-żjara il-President u s-Sinjura Abela se jżuru wkoll il-pazjenti li qegħdin fl-appartamenti f’Sutton ta' Puttinu wkoll kongregazzjonijiet oħra li jospitaw lill-pazjenti Maltin.

Il-President u s-Sinjura Abela jirritornaw lura Malta nhar l-Erbgħa 7 ta' Novembru tard wara  nofsinhar.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Imnedija l-Iskema Familja+ b’investiment ta’ €4.7 miljun li mistennija tilħaq madwar 7,000 tifel u tifla

PR262026

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  Minister Silvio Schembri opens Tech Xpo and launches Malta’s AI Strategy 2.0

PR262025en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

Aktar Stqarrijiet Right arrow