IL-PRESIDENT U S-SINJURA ABELA JĦALLU MALTA
Tard illum wara nofsinhar il-President u s-Sinjura Abela ħallew Malta sabiex iżuru pazjenti Maltin li qegħdin jieħdu l-kura fl-isptarijiet f’Londra.
Waqt din iż-żjara il-President u s-Sinjura Abela se jkunu qed joqogħdu mas-sorijiet Franġiskani tal-Qalb ta' Ġesù u b'hekk ikollhom wkoll l-opportunità jgħixu ghal ftit ġranet ma' pazjenti u qraba tal-pazjenti li qed jgħixu għand is-sorijiet.
Se jżuru pazjenti li qed jirċievu kura fl-isptarijiet ta' Great Ormond Street Hospital, National Hospital of Neurology and Neurosurgery, Royal Marsden Hospital, Moorfields Eye Hospital u l-Kings College Hospital.
Waqt din iż-żjara il-President u s-Sinjura Abela se jżuru wkoll il-pazjenti li qegħdin fl-appartamenti f’Sutton ta' Puttinu wkoll kongregazzjonijiet oħra li jospitaw lill-pazjenti Maltin.
Il-President u s-Sinjura Abela jirritornaw lura Malta nhar l-Erbgħa 7 ta' Novembru tard wara nofsinhar.
Other Press Releases:
PR262026
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...
PR262025en