Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-EDUKAZZJONI

pr2401
Date Icon 31/10/2012

Garanzija lill-istudenti u l-għalliema li ma jintlaqtux ħażin

Il-PL ikompli jagħmel ballun politiku mill-Edukazzjoni:

It-tnaqqis fil-baġit tal-Edukazzjoni mhux se jolqot ħażin la lill-istudenti u anqas lill-għalliema. Hi ħasra li l-kelliem tal-Partit Laburista għall-Edukazzjoni, Evarist Bartolo kompla jagħmel ballun politiku mill-edukazzjoni  f’konferenza tal-aħbarijiet li ta llum.

Il-Ministeru tal-Edukazzjoni, wara taħditiet mal-Ministeru tal-Finanzi li bħalhom isiru regolarment, jista’ jiggarantixxi li s-servizzi lill-istudenti mhux se jkun effettwati minn dan it-tnaqqis u l-għalliema jistgħu jserrħu rashom li l-pagi u dak li hu dovut lilhom se jieħduh regolarment.

Għal dak li jirrigwarda s-servizz tat-trasport lill-istudenti dan ukoll mhux se jintlaqat ħażin u min jipprovdi dan is-servizz hu assigurat li l-Gvern se jonora l-obbligi tiegħu.

Il-Ministeru tal-Edukazzjoni jassigura wkoll li l-Learning Support Assistants fl-iskejjel tal-Knisja u dawk Indipendenti wkoll se jitħallsu regolarment filwaqt li s-servizz tat-tindif fl-iskejjel se jkompli regolarment.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Imnedija l-Iskema Familja+ b’investiment ta’ €4.7 miljun li mistennija tilħaq madwar 7,000 tifel u tifla

PR262026

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  Minister Silvio Schembri opens Tech Xpo and launches Malta’s AI Strategy 2.0

PR262025en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

Aktar Stqarrijiet Right arrow