STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-EDUKAZZJONI
Garanzija lill-istudenti u l-għalliema li ma jintlaqtux ħażin
Il-PL ikompli jagħmel ballun politiku mill-Edukazzjoni:
It-tnaqqis fil-baġit tal-Edukazzjoni mhux se jolqot ħażin la lill-istudenti u anqas lill-għalliema. Hi ħasra li l-kelliem tal-Partit Laburista għall-Edukazzjoni, Evarist Bartolo kompla jagħmel ballun politiku mill-edukazzjoni f’konferenza tal-aħbarijiet li ta llum.
Il-Ministeru tal-Edukazzjoni, wara taħditiet mal-Ministeru tal-Finanzi li bħalhom isiru regolarment, jista’ jiggarantixxi li s-servizzi lill-istudenti mhux se jkun effettwati minn dan it-tnaqqis u l-għalliema jistgħu jserrħu rashom li l-pagi u dak li hu dovut lilhom se jieħduh regolarment.
Għal dak li jirrigwarda s-servizz tat-trasport lill-istudenti dan ukoll mhux se jintlaqat ħażin u min jipprovdi dan is-servizz hu assigurat li l-Gvern se jonora l-obbligi tiegħu.
Il-Ministeru tal-Edukazzjoni jassigura wkoll li l-Learning Support Assistants fl-iskejjel tal-Knisja u dawk Indipendenti wkoll se jitħallsu regolarment filwaqt li s-servizz tat-tindif fl-iskejjel se jkompli regolarment.
Other Press Releases:
PR262026
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...
PR262025en