Left arrow Mur Lura

ĠNIEN PUBBLIKU ĠDID BL-GĦAN LI JSERVI TA’ KONSERVAZZJONI GĦAL SPEĊI TA’ SIĠAR U PJANTI MALTIN

pr2399
Date Icon 31/10/2012

Waqt li żar il-Direttorat għas-Saħħa tal-Pjanti li jinsab fil-limiti magħrufa bħala tal-Kmand bejn Ħal Lija u Ħ’Attard, il-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali George Pullicino, ħabbar li parti minn dan iċ-ċentru se jkun trasformat f’ġnien pubbliku għall-familji.

Mal-4,000 metru kwadru ta’ art li llum mhux utilizzat fil-Plant Biotechnology Centre se jingħata lin-nies fil-qalba tal-komunità li żviluppat f’din iż-żona. Dan il-ġnien se jkun maqsum b’partijiet bi pjanti u siġar differenti bil-għan ukoll li ssir konservazzjoni u studji fuq pjanti lokali li jew qegħdin jonqsu mill-ambjent naturali jew huma ta’ importanza ambjentali għal pajjiżna. 

Għalhekk dan il-ġnien innovattiv se jkun qed joffri esperjenza, fejn il-viżitaturi se jkunu jistgħu jaraw u jitgħallmu aktar dwar varjetajiet ta’ siġar u pjanti lokali filwaqt li l-ġnien iservi ta’ post ta’ mistrieħ u rikreazzjoni. Dan il proġett jinkludi wkoll bini ta’ laboratorji ġodda għaż-żriergħah, fejn ikunu jistgħu jsiru testijiet ta’ purità ta’ dawn l-ispeċi. Il-Binja li se tinbena se tkun qed tikkonsisti wkoll f’ċentru tal-viżitaturi, u spazju fejn ikunu jistgħu jiġu organizzati seminars u laqgħat. Il-permess għal dan il-proġett ġie approvat mill-MEPA l-ġimgħa l-oħra u issa jinsab għaddej il-proċess marbut mat-tenders. Minn meta jinbeda x-xogħol, il-ġnien mistenni li jitlesta fi żmien sena u tlett xhur minn meta jibda. Id-Direttorat issottometta dan il-progett għal possibilità ta’ fondi taħt l-EARDF (European Agricultural Rural Development Fund). L-investiment f’dan il-proġett se jkun ta’ ‘l fuq minn €2 miljun.

Il-Ministru Pullicino qal ukoll li l-Gvern fl-aħħar snin ħadem biex f’pajjiżna jiżdiedu l-ammont ta’ siġar li jagħtu arja nadifa u jsebbħu l-ambjent. Il-ħolqien ta’ aktar ġonna jwassal ukoll biex jinħoloq spazju għal-aktar siġar. Permezz tal-kampanja 34U tħawwlu ‘l fuq minn  115,000 sigra indiġena Maltija. Huwa fakkar u ħeġġeġ lil familji biex il-Hadd 4 ta’ Novembru jipparteċipaw fit-Tree Planting day li se ssir f’Għajn Tuffieħa, ħdejn il-camping site tal-iscouts bejn l-10am u l-5pm. Pjanti imkabbra mid-Direttorat għas-Saħħa tal-pjanti se jkunu wkoll għal bejgħ waqt din l-attività.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Imnedija l-Iskema Familja+ b’investiment ta’ €4.7 miljun li mistennija tilħaq madwar 7,000 tifel u tifla

PR262026

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  Minister Silvio Schembri opens Tech Xpo and launches Malta’s AI Strategy 2.0

PR262025en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

Aktar Stqarrijiet Right arrow