Left arrow Go Back

KONFERENZA DWAR ID-DIPRESSJONI TA’ WARA T-TWELID F’GĦAWDEX

pr2396
Date Icon 31/10/2012

Twelditli Tarbija...Għaliex Minix Ferħana? kienet it-tema ta’ konferenza li ġiet organizzata bil-għan li tkabbar l-għarfien dwar id-dipressjoni ta’ wara t-twelid. Il-konferenza ttellgħet dalgħodu mill-Assoċjazzjoni Għawdxija dwar is-Saħħa Mentali bil-kollaborazzjoni tal-Ministeru għal Għawdex, fl-Iskola Primarja tax-Xewkija.

Waqt id-diskors li permezz tiegħu fetħet din il-konferenza, l-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex, faħħret l-inizjattiva u l-ħidma ta’ din l-assoċjazzjoni li llum saret punt ta’ riferiment validu fil-qasam tas-saħħa mentali f’Għawdex. Hija tenniet li l-Ministeru għal Għawdex ser ikompli jsostni l-ħidma ta’ din l-assoċjazzjoni għax hija ta’ kontribut siewi fl-impenn tal-gvern biex itejjeb il-kwalità tal-ħajja fil-gżira ta’ Għawdex. Dan anke fil-kuntest tal-Pjan ta’ Azzjoni EkoGħawdex li jfittex li jikseb livelli ta’ żvilupp sostenibbli b’mod ħolistiku f’setturi diversi li jolqtu mill-qrib u jaffettwaw il-kundizzjonijiet ta’ ħajja ta’ dawk li jgħixu fuq il-gżira.

Dr Anton Grech, Chairman tas-Servizzi tal-Psikjatrija tal-Istat introduċa l-konferenza. Kelliema oħra kienu jinkludu lill-qabla Josephine Cefai li tkellmet dwar il-bidla bijoloġika qabel u wara l-ħlas, il-Psikjatra Dr Ethel Felice dwar id-dipressjoni ta’ waqt u wara t-tqala u l-impatt tagħha fuq il-mara u l-familja, u l-Kap tad-Dipartiment tal-Qwiebel fil-Fakultà tax-Xjenza tas-Saħħa fl-Università ta’ Malta Dr Rita Borg Xuereb li tkellmet dwar is-saħħa mentali tul it-tqala u wara. Sar intervent ukoll mis-Social Worker f’Dar Ġużeppa Debono, is-Sa. Nancy Portelli u minn żewġ ommijiet li rrakkuntaw l-esperjenza tagħhom meta għaddew mid-Dipressjoni ta’ wara t-tqala.  Is-Sinjura Pauline Camilleri, President tal-Assoċjazzjoni Għawdxija dwar is-Saħħa Mentali kkonkludiet il-konferenza.

Il-programm kien jinkludi wkoll silta artistika ta’ żifna kontemporanja relatata mas-suġġett mis-Sinjorina Melanie Zammit akkumpanjata mill-pittur Paul Falzon. 

Fis-sentejn li ilha mwaqqfa, l-Assoċjazzjoni Għawdxija għas-Saħħa Mentali tellgħet diversi attivitajiet fosthom konferenza dwar is-saħħa mentali tat-tfal u l-adoloxxenti, programm ta’ prevenzjoni indirizzat speċifikament għall-istudenti tal-aħħar tliet snin tal-edukazzjoni primarja, tqassim ta’ informazzjoni dwar problemi fis-saħħa mentali u esklużjoni soċjali fil-pjazez ewlenin u stabbilimenti kummerċjali fil-belt Victoria kif ukoll  screening tal-film A Beautiful Mind segwit b’diskussjoni. L-Assoċjazzjoni qassmet ukoll ktejjeb f’kull dar f’Għawdex b’informazzjoni dwar servizzi relatati mal-qasam tas-saħħa mentali u tagħrif ġenerali ieħor.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Imnedija l-Iskema Familja+ b’investiment ta’ €4.7 miljun li mistennija tilħaq madwar 7,000 tifel u tifla

PR262026

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  Minister Silvio Schembri opens Tech Xpo and launches Malta’s AI Strategy 2.0

PR262025en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

More Press Releases Right arrow