Left arrow Go Back

EŻERĊIZZJU NAZZJONALI MID-DIPARTIMENT TAL-PROTEZZJONI ĊIVILI

pr2392
Date Icon 31/10/2012

Bħala parti mit-taħriġ ġenerali li jitħejja ta’ kull sena mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, flimkien ma’ diversi servizzi ta’ emerġenza fil-pajjiż u organizzazzjonijiet ta’ voluntiera kemm Maltin kif ukoll barranin li joperaw f’dan il-qasam, id-Dipartiment ser ikun qed iwettaq eżerċizzju nazzjonali bl-isem ta’ NOVEX 2012 nhar is-Sibt 3, ta’ Novembru 2012 f’diversi nħawi ta’ Malta.

Dan it-taħriġ huwa importanti sabiex id-Dipartiment iżomm ir-riżorsi kollha disponibbli f’dan il-qasam fi stat ta’ preparazzjoni tajjeb f’każ ta’ bżonn u sabiex isir test tal-interazzjoni bejn id-diversi sezzjonijiet li ser ikunu qed jipparteċipaw.

Il-pubbliku huwa avżat li matul il-jum tas-Sibt jista’ jkun qed jiltaqa’ ma’ numru ta’ vetturi ta’ emerġenza li jkunu għaddejjin minn toroq f’diversi nħawi ta’ Malta bħala parti minn dan l-eżerċizzju. Il-preżenza ta’ dawn il-vetturi u riżorsi oħra fit-toroq m’għandha b’ ebda mod tkun il-kawża ta’ allarm fost il-popolazzjoni. Il-pubbliku huwa kordjalment mitlub jikkopera mal-awtoritajiet u jsegwi l-istruzzjonijiet li jistgħu jkunu qed jingħataw sabiex jiġi evitat kwalunkwe inkonvenjent jew inċident waqt dan it-taħriġ.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Imnedija l-Iskema Familja+ b’investiment ta’ €4.7 miljun li mistennija tilħaq madwar 7,000 tifel u tifla

PR262026

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  Minister Silvio Schembri opens Tech Xpo and launches Malta’s AI Strategy 2.0

PR262025en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

More Press Releases Right arrow