Left arrow Mur Lura

DISKORS MILL-MINISTRU GĦAS-SAĦĦA, L-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITÀ, L-ONOR. JOE CASSAR, WAQT IL-KONFERENZA DWAR ĦIDMA VOLONTARJA FIL-KOMUNITÀ ORGANIZZATA MILL-SOS MALTA – IL-BELT VALLETTA – IT-TLIETA, 30 TA’ OTTUBRU 2012

pr2388
Date Icon 30/10/2012

L-għodwa t-tajba,

Nirringrazzjakom tal-istedina.

Huwa dejjem pjaċir għalija li inkun fil-kumpanija ta’ nies li b’għażla tagħhom jiddeċiedu li jiddedikaw il-ħin liberu tagħhom biex iwettqu ħidma volontarja. Naħseb li għandna għal xiex inkunu grati lejn il-ħidma fis-skiet li twettqu fil-komunità tagħna, f’setturi u oqsma differenti, u ma nies differenti.

Sfortunatament ftit li xejn nagħtu każ ta din il-ħidma, forsi għax inkunu drajniha.

Nista’ ngħid li bħala Ministru għas-Saħħa niltaqa ma’ diversi għaqdiet mhux governattivi, u dejjem kien evidenti s-sapport prattiku li jingħata mill-organizzazzjonijiet differenti. Għalhekk illum,  quddiem rappreżentanti ta’ numru ta’ organizzazzjonijiet ma nistax ma ngħidx grazzi. Grazzi lil dawk kollha li huma involuti fil-volontarjat. Grazzi għax b’dak li qed tagħmlu qed tgħinu persuni jgħixu kwalità ta’ ħajja aħjar.

Jekk toqgħod tinnota il-ħajja madwarna malajr tinduna kemm il-volontarjat għandu rwol importanti.  Insibu rabta qawwija mal-kultura u l-volontarjat, imma wkoll ma’ ħidma f’setturi partikolari, bħal fil-qasam tas-saħħa u setturi oħrajn bħal per eżempju il-qasam taż-żgħażagħ.

Il-Punt hu wieħed – il-volontarjat hu importanti għal pajjiżna, u huwa daqstant importanti li aħna nirrejalizzaw kemm joħroġ ġid komuni minn eluf ta’ siegħat ta’ ħidma volontarja kuljum.

Ippermettuli hawn nenfasizza fuq żewġ punti li inħoss li huma kruċjali;

Huwa fatt li llum, f’kull settur, hawn diversi għaqdiet li jwettqu ħidma volontarja, imma professjonali, f’oqsma komuni.  Is-settur tas-saħħa hu eżempju ċar. Numru ta’ għaqdiet li llum għandhom esperjenza vasta u unika f’qasam partikolari. Qed ngħid unika għax normalment l-għaqdiet joffru servizz li huwa simili imma mhux l-istess, u allura kull għaqda tiġbor fiha esperjenza unika.

Mingħajr ma ntawwal, nixtieq nappella biex isir l-aħjar użu minn din l-esperjenza. Dan jista’ jsir bi qsim ta’ informazzjoni u anke ħidma konġunta bejn għaqdiet differenti.

Naf li hawn min diġà għamel dan il-pass. Iżda naf ukoll li mhuwiex pass faċli. Irid ikun pass meqjus, u li fuq kollox li jirrispetta l-identità tal-għaqdiet involuti.

Nieħu gost ninnota li l-għan ta’ din il-konferenza hu propju li jagħti bidu, jinħoloq spazju, għal djalogu bejn l-istakeholders differenti. 

It-tieni punt li nixtieq insemmi hu dwar forom ġodda ta’ volontarjat. Pajjiżna għaddha minn progress qawwi u f’daqqa.  Filwaqt li meta kont żgħir, biex niftiehem ma’ sħabi ridt bilfors immur inkellimhom, illum hawn diversi mezzi biex isir dan: mobiles, emails, sms etc. Imxejna mill-ġenerazzjoni tat-telephone l-antik (minn dawk li ridt iddawwar b’subgħajk) li sa ftit żmien ilu kien hi-tech, għall-ġenerazzjoni tal-internet, smartphones, u touchscreens.

Pajjiżna inbidel, u malajr.

Fejn qabel kienet tingħata ħafna għajnuna lill-persuni li ma jafux jiktbu u jaqraw, illum dan il-bżonn naqas drastikament iżda feġġ bżonn ieħor – dak li inkunu litterati fl-informazzjoni teknoloġika.

U dan iwassalni għall-aħħar punt.

Bħali tistgħu tinnutaw il-pass mgħaġġel li biha qed tavvanza t-teknoloġija. Persuna li ma tafx tuża kompjuter, jew li ma għandhiex aċċess għall-internet, hija persuna li qegħda titlef ħafna mill-kumditajiet li t-teknoloġija toffri.

Għalhekk l-appell tiegħi hu dak li, waqt id-diskussjonijiet, tikkunsidraw anke li tadattaw il-ħidma volontarja tagħkhom għal dan il-għan ukoll.

Nirringrazzjakom tal-ħin tagħkhom, u grazzi mill-ġdid tax-xogħol li twettqu. 

Nawguralkom konferenza li tagħti l-frott.

Grazzi.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Imnedija l-Iskema Familja+ b’investiment ta’ €4.7 miljun li mistennija tilħaq madwar 7,000 tifel u tifla

PR262026

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  Minister Silvio Schembri opens Tech Xpo and launches Malta’s AI Strategy 2.0

PR262025en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

Aktar Stqarrijiet Right arrow