Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL - Il-PL bla pjani għall-istudenti

pr2381
Date Icon 29/10/2012

Il-kelliem Laburista Chris Cardona kompla juri kemm il-Partit Laburista għadu marbut mal-passat u ma għandu ebda pjani għall-futur għall-istudenti tagħna. 



F’konferenza li ta llum Chris Cardona qal li Gvern Laburista jħarreġ lill-ħaddiema biex isiru machine operators biex tkun indirizzata l-problema li d-dinja tan-negozju mhux qed issib il-ħaddiema li hemm bżonn biex iħaddmu l-makni.



Illum l-istituzzjonijiet edukattivi tagħna jħarrġu lill-isudenti biex ikunu kapaċi jilqgħu l-isfidi tal-ġejjieni li joffrulhom opportunitajiet ta’ mpjiegi tajba filwaqt li  jgħinuhom biex ikunu flessibbli u kreattivi biex ikunu kapaċi jkomplu javanzaw fil-karrieri tagħhom.



Fil-fatt l-MCAST jikkollabora mill-qrib mal-industrja u kull meta tinħass il-ħtieġa jfassal korsijiet apposta biex jissodisfa dawn il-bżonnijiet billi joffri korsijiet full-time jew part-time kif għamel fil-każ tal-industrja tal-manutenzjoni fl-avjazzjoni, l-ICT, il-media, is-servizzi tas-saħħa, il-farmaċewtika, l-enerġija rinnovabbli, refrigeration u oqsma oħra.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Imnedija l-Iskema Familja+ b’investiment ta’ €4.7 miljun li mistennija tilħaq madwar 7,000 tifel u tifla

PR262026

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  Minister Silvio Schembri opens Tech Xpo and launches Malta’s AI Strategy 2.0

PR262025en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

Aktar Stqarrijiet Right arrow