Left arrow Go Back

SEMINAR TAL-ARTI MARZJALI FIL-KUMPLESS SPORTIV TA’ GĦAWDEX

pr2378
Date Icon 29/10/2012

Għat-tieni sena konsekuttiva, l-iskola tal-Arti Marzjali, Tenchi Ryu Karate Jutsu Gozo bil-kollaborazzjoni tal-Ministeru għal Għawdex qed tospita seminar internazzjonali ta’ tliet ijiem dwar l-Arti Marzjali li qed jinżamm fil-Kumpless Sportiv ta’ Għawdex.

Is-seminar ġie inawgurat nhar is-Sibt li għadda b’sessjoni prattika dwar teknika ġdida għall-protezzjoni u d-difiża personali taħt it-tmexxija ta’ Master Borut Kincl, 7th Dan Blackbelt u Head Instructor tar-Ryukyu Kempo tas-Slovenja.  L-attivitajiet issoktaw matul il-ġurnata tal-bieraħ fejn is-seminar ta’ din is-sena laħaq il-qofol tiegħu bil-parteċipazzjoni ta’ madwar mitt parteċipant minn membri ta’ skejjel oħra tal-karate minn madwar Malta u Għawdex, kif ukoll membri mill-Korp tal-Pulizija u tal-Forzi Armati ta’ Malta. Sessjoni oħra ta’ prattika minn Master Borut Kincl tikkonkludi dan is-seminar it-Tnejn filgħaxija.

L-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex iltaqgħet mal-organizzaturi ta’ dan is-seminar li ilhom joffru sessjonijiet tal-Arti Marzjali fil-Kumpless Sportiv ta’ Għawdex għal dawn l-aħħar 20 sena. Hija ferħitilhom għal ħidma siewja tagħhom b’risq il-qasam sportiv f’Għawdex u awgurat li jissoktaw b’aktar tagħlim u attivitajiet sportivi għat-tfal u ż-żgħażagħ Għawdxin. Il-Ministru Giovanna Debono rreferiet għall-investiment ta’ madwar €420,000 mill-Ministeru għal Għawdex,  li permezz tiegħu qed isiru xogħlijiet estensivi ta’ ristrutturar u manutenzjoni, b’mod partikolari fuq is-saqaf u l-art tas-sala ewlenija fil-Kumpless Sportiv ta’ Għawdex.  Fissret kif ix-xogħlijiet jinsabu fil-fażi finali u b’hekk fi ftit ġimgħat oħra l-Kumpless Sportiv ta’ Għawdex ser ikun qed joffri ambjent aktar modern u akkoljenti għat-tgawdija ta’ dawk kollha li jiffrekwentawh fosthom membri tal- Tenchi Ryu Karate Jutsu Gozo li jattendu b’mod regolari.

Minn nhar is-Sibt li ġej dan il-Kumpless Sportiv se jkun qed jilqa’ għadd ta’ parteċipanti żgħar għal edizzjoni oħra ta’ Skola Sport. Anke din is-sena tfal li jattendu l-iskejjel primarji minn madwar Għawdex kollu ser ikunu qed jipprattikaw id-dixxiplini rispettivi tagħhom f’dan il-programm sportiv fil-lezzjonijiet li jinżammu kull nhar ta’ Sibt.

Sadanittant bejn l-10 u l-11 ta’ Novembru li ġej, il-Kumpless Sportiv ta’ Għawdex ser ikun qed jospita seminar ieħor dwar l-arti marzjali, din id-darba organizzat mill-Kali-JKD Martial Arts Academy Gozo.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Imnedija l-Iskema Familja+ b’investiment ta’ €4.7 miljun li mistennija tilħaq madwar 7,000 tifel u tifla

PR262026

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  Minister Silvio Schembri opens Tech Xpo and launches Malta’s AI Strategy 2.0

PR262025en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

More Press Releases Right arrow