Left arrow Mur Lura

AĠĠORNAT IL-WEB PORTAL ISLANDOFGOZO.ORG TAL-ASSOĊJAZZJONI TAT-TURIŻMU GĦAL GĦAWDEX

pr2362
Date Icon 26/10/2012

“Għodda elettronika avvanzata hija essenzjali u indispensabbli biex il-prodott turistiku Għawdxi jkompli jiġi promoss bl-aħjar mod possibbli filwaqt li tiffaċilita wkoll l-għażla tat-turist.”

Dan qalitu l-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex meta llum nediet l-ewwel fażi ta’ xogħol li permezz tiegħu ġie aġġornat il-web portal tal-Assoċjazzjoni tat-Turiżmu għal Għawdex (GTA), www.islandofgozo.org. Fil-messaġġ tagħha waqt attività li ttellgħet fil-Kappella storika ta’ Santa Ċeċilja f’Għajnsielem, il-Ministru għal Għawdex irreferiet ukoll għall-ħidma kontinwa tal-GTA li matul dawn l-aħħar 14-il sena ħadmet bi sħiħ b’risq is-settur turistiku Għawdxi. Hija faħħret id-deċiżjoni tal-GTA li ssaħħaħ is-sit elettroniku tagħha li ser ikun qed jipprovdi servizzi lill-membri kollha tagħha li lkoll huma stakeholders ewlenin li joffru servizzi turistiċi f’diversi oqsma f’dan is-settur.

Waqt din l-attività saret preżentazzjoni fejn ġie spjegat il-kunċett ewlieni li fforma l-bażi ta’ kif dan is-sit elettroniku ser ikun qed jipprovdi servizzi ta’ informazzjoni, reklamar u tagħrif siewi ieħor b’mod attraenti u aktar effiċjenti.   Fl-ewwel fażi ta’ din l-inizjattiva ġiet aġġornata l-informazzjoni relatata ma’ Għawdex bħala gżira, kif ukoll informazzjoni relatata mad-diversi lokalitajiet Għawdxin u l-attrazzjonijiet rispettivi. Sar ukoll aġġornament tal-lista ta’ lukandi u restoranti, farmhouses u appartamenti, ċentri tad-diving u stabilimenti oħra li joffru servizzi turistiċi f’Għawdex. Barraminhekk, www.islandofgozo.org qed toffri wkoll informazzjoni dwar id-diversi attivitajiet kulturali li jittellgħu matul is-sena, li jistgħu jkunu wkoll ta’ attrazzjoni kemm għal-turisti barranin kif ukoll għal dawk li ġejjin mis-suq domestiku. F’dan l-istadju min juża s-sit isib id-dettalji kollha biex ikun jista’ jikkuntattja lill-operaturi turistiċi tal-għażla tiegħu kif ukoll mappa li tista’ twasslu fuq il-post.

Fit-tieni fażi li mistennija tiġi konkluża f’Jannar li ġej, dan il-portal mistenni jibda joffri wkoll il-faċilità li wieħed jibbukkja l-vaganza tiegħu fi stabbilimenti turistiċi f’Għawdex, direttament minn fuqu stess. Dan għandu wkoll potenzjal li jiġi estiż għal stabilimenti oħra minbarra dawk marbuta ma’ servizzi ta’ akkomodazzjoni.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  Imnedija l-Iskema Familja+ b’investiment ta’ €4.7 miljun li mistennija tilħaq madwar 7,000 tifel u tifla

PR262026

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U MILL-MINISTER...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  Minister Silvio Schembri opens Tech Xpo and launches Malta’s AI Strategy 2.0

PR262025en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

Aktar Stqarrijiet Right arrow