Left arrow Go Back

KONFERENZA NAZZJONALI DWAR IL-QAFAS TAL-KURRIKULU NAZZJONALI

pr2355
Date Icon 02/12/2012

Lejn edukazzjoni ta’ kwalità għal kulħadd

Il-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja Dolores Cristina, fetħet uffiċjalment Konferenza ta’ jumejn ‘Lejn Edukazzjoni ta’ Kwalità għal Kulħadd’, li se tiddiskuti d-dokument konsultattiv dwar il-Qafas tal-Kurrikulu Nazzjonali (l-NCF). Qed imexxi din l-Konferenza Dr James Calleja, Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja. 

Din il-Konferenza hija l-qofol ta’ proċess konsultattiv ta’ sitt xhur, mal-istudenti, l-għalliema, il-ġenituri, is-socjetà ċivili u l-pubbliku in ġenerali. Dan il-proċess ilu għaddej minn Mejju tal-2011 u jagħlaq formalment fl-aħħar ta’ din is-sena. Il-proċess ta’ konsultazzjoni huwa kruċjali għas-suċċess tal-qafas aġġornat tal-kurrikulu nazzjonali.

L-istrateġija ta’ konsultazzjoni ġiet imfassla bil-għan li tinkoraġġixxi diskussjoni u dibattitu li jħeġġeġ lill-imsieħba kollha biex iqisu d-dokument b’mod pożittiv u jipparteċipaw b’mod attiv fil-formulazzjoni tal-verżjoni finali.  L-għan ta’ din il-Konferenza hu li ġġib flimkien lill-imsieħba soċjali kollha biex jisimgħu u jiddiskutu flimkien il-kummenti u s-suġġerimenti li daħlu s’issa mill-komponenti varji tal-proċess ta’ konsultazzjoni. 

Il-Prof. Grace Grima, Direttur Ġenerali fid-Direttorat għall-Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni u Chairperson tal-Kumitat għar-Reviżjoni tal-Kurrikulu għamlet diskors dwar il-proposti tal-NCF u l-kummenti li daħlu s’issa dwarhom.

Il-qalba tal-Konferenza kienet sitt Panels ta’ diskussjoni dwar temi ċentrali misluta mill-Qafas tal-Kurrikulu Nazzjonali.  It-temi magħżula kienu:

  • Il-Qafas tal-Kurrikulu Nazzjonali u x’se jiġi mgħallem
  • Il-Qafas tal-Kurrikulu Nazzjonali u l-Istrutturi tal-Iskejjel
  • Il-Qafas tal-Kurrikulu Nazzjonali biex it-tfal kollha jirnexxu
  • Il-Qafas tal-Kurrikulu Nazzjonali u l-Assessjar
  • Il-Qafas tal-Kurrikulu Nazzjonali, it-tkomplija tal-istudju u x-xogħol
  • Il-Qafas tal-Kurrikulu Nazzjonali u l-ġejjieni ta’ pajjiżna

Kull Panel kellu numru ta’ kelliema distinti u moderatur, meħuda minn medda wiesa’ tas-soċjetà ċivili u mill-qasam tal-edukazzjoni.

Indirizzaw ukoll il-Konferenza Evarist Bartolo, Kelliem Ewlieni tal-Partit Laburista dwar l-Edukazzjoni, Mario Mallia, kelliem ewlieni dwar l-Edukazzjoni għall-Alternattiva Demokratika, u Kevin Bonello, President tal-Union tal-Għalliema.

Il-Ministru Cristina ħabbret li se jitwaqqaf grupp biex jagħmel rapport dwar il-Lingwa tat-Tagħlim u li kif jintemm iż-żmien ta’ konsultazzjoni fi tmiem din is-sena, il-grupp ta’ ħidma jirrevedi l-NCF proposti fid-dawl tar-reazzjonijiet li jkun irċieva, u d-dokument finali jitressaq fl-ewwel nofs tas-sena d-dieħla. Il-Ministru Cristina ħabbret ukoll li dan il-process ta’ tirqim aħħari għandu jinvolvi wkoll lill-imsieħba li huma direttament involuti fl-implimentazzjoni tal-NCF, fosthom l-MUT.

(Diskors Mehmuż) - pr2355a.docpr2355a.doc

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Malta ttenni l-prinċipji soċjali tagħha favur akkomodazzjoni affordabbli, sigura u aċċessibbli għal kulħadd f'laqgħa Ewropea tal-Ministri tal-Akkomodazzjoni

PR262028

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Malta ttenni l-...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY  Malta continues to strengthen its position as an international maritime hub

PR262027en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR SUSTAINABLE MOBILITY Malta continues to ...

More Press Releases Right arrow