Left arrow Mur Lura

AKTAR ĦŻIN TA’ ILMA BIEX JISKULA FIL-WATER TABLE

pr2343
Date Icon 25/10/2012

Illum il-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali George Pullicino żar ix-xogħlijiet li jinsabu għaddejjin fil-Gżira, fejn bħala parti mill-proġett għal kontra l-għargħar qed tinbena riżerva li se tkun tesa madwar 10,000 metru kubu ta’ ilma.

Il-Ministru Pullicino qal li f’din ir-riżerva apparti l-ilma li jasal għalija waqt il-ħin tax-xita, fiha se jkun jista’ jintefa’ aktar ilma li jkun merfugħ fil-mini tal-proġett ta’ kontra l-għargħar biex minn ġo fiha l-ilma jiskula fil-water table. Għalhekk il-proġett tal-ġibjun fil-Gżira se jkun magħqud mas-sistema tal-mina li qed tinbena bejn Ħ’Attard u Ta’ Xbiex li ser tkun twila 11-il km minn Ħ’Attard sa Ta’ Xbiex b’dijametru li jvarja minn 3.3 metri sa 6 metri.

Bl-ilma tax-xita li se jinżel fil-mini, dan il-proġett għal kontra l-għargħar, għandu l-potenzjal li jiġbor u jirriċikla mas-700,000 metru kubu ta’ ilma tax-xita kull sena.  B’hekk jekk wieħed iqis li l-ġibjuni tal-Gvern fil-preżent għandhom kapaċità li jżommu mat-300,000 metru kubu ta’ ilma, b’dan il-proġett għat-taffija tal-għargħar ser tkun ittripplata l-ħażna tal-ilma tax-xita.

Il-ġibjun tal-Gżira li hu fond aktar minn 8 metri qed isir b’investiment ta’ madwar miljun Ewro, parti mill-investiment qawwi ta’ madwar €57 miljun fil-proġett nazzjonali għal kontra l-għargħar b’kofinanzjament minn fondi tal-Unjoni Ewropea hu ta’ 85% taħt il-programm “Cohesion Fund”. Dan il-ġibjun hu maħsub li jitlesta għall-bidu ta’ Marzu 2013. il-ġibjun tal-Gżira qiegħed ukoll jiġi msaqqaf biex is-saqaf tiegħu li jiġi mal-livell tat-triq ikun jista’ wkoll jintuża bħala spazju għall-parkeġġ.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  Minister Silvio Schembri opens Tech Xpo and launches Malta’s AI Strategy 2.0

PR262025en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Il-Ministru Silvio Schembri jniedi t-tieni Strateġija Nazzjonali għall-Intelliġenza Artifiċjali fil-ftuħ tat-Tech Xpo

PR262025

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow