SUBTERRANEAN VALLETTA – KTIEB DWAR SPAZJI LI HEMM TAĦT IL-BELT
Il-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol, Dolores Cristina il-bieraħ filgħaxija ppresediet it-tnedija tal-ktieb “Subterranean Valletta”, riċerkat u miktub mill-Perit Edward Said u ppubblikat minn Fondazzjoni Patrimonju Malti.
Il-ktieb jesplora d-diversi passaġġi, wesgħat, turġien, mini u spazji li jeżistu taħt il-belt Valletta, mibnija fi żmien il-Kavallieri u hu miżgħud b’ritratti ta’ dawn il-postijiet.
F’diskors qasir il-Ministru Cristina rringrazzjat lill-Perit Said għar-riċerka li għamel dwar aspett partikolari tal-istorja u l-arkitettura tagħna li wassal għall-kitba ta’ dan il-ktieb li se jgħin lil kull min jaqrah japprezza aktar il-ġojjell li hi l-belt kapitali tagħna.
Il-Ministru faħħret il-ħidma ta’ Fondazzjoni Patrimonju Malti li għal dawn l-aħħar 20 sena ilha tippromwovi l-patrimonju nazzjonali ta’ pajjiżna kemm bid-diversi wirjiet prestiġjużi li organizzat kif ukoll bil-pubblikazzjoni ta’ valur kbir li ppubblikat.
Stqarrijiet Oħra:
PR262025en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR262025