Left arrow Mur Lura

PREŻENTAZZJONI TAL-KTIEB AVVENTURA MADWAR L-EWROPA

pr2332
Date Icon 24/10/2012

Il-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol Dolores Cristina u l-Kap tar-Rappreżentanza tal-Unjoni Ewropea f’Malta, Martin Bugelli, dalgħodu niedew pubblikazzjoni ġdida – “Avventura Madwar l-Ewropa” li se titqassam lit-tfal kollha tal-ħames klassi tal-iskejjel primarji.

F’ċerimonja qasira li saret fl-iskola Primarja ta’ Pembroke fil-Kulleġġ Santa Klara, tqassmu kopji ta’ dan il-ktejjeb lit-tfal tal-ħames klassi.

F’diskors qasir il-Ministru Dolores Cristina qalet li l-Ewropa hi t-tieni dar tagħna u għalhekk tajjeb li nkunu nafu x’toffri għax bħala ċittadini Ewropej tajjeb li naraw kif jgħixu u x’inhuma d-drawwiet tas-27 pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea.

L-Unjoni Ewropea tinvesti ħafna flus biex iċ-ċittadini tagħha mhux biss ikollhom l-istess drittijiet imma jkunu jafu x’inhuma u għalhekk tieħu ħafna inizjattivi biex jitwassal tagħrif siewi dwar l-Ewropa.

Il-Ministru f’isem it-tfal li se jingħataw kopja tal-ktejjeb, irringrazzjat lis-Sur Martin Bugelli, il-Kap tar-Rappreżentanza tal-Unjoni Ewropea f’pajjiżna, li qed joffri dan il-ktieb.

Dan hu ktieb sabiħ ħafna, li fih tagħrif importanti li lkoll kemm aħna għandna nkunu nafuh. Hu ktieb magħmul apposta għalikom it-tfal Maltin u nkiteb minn tfajla Maltija Loranna Vella u d-disinjat minn artist Malti wkoll, Ġorġ Mallia.

Dan mhux biss ktieb tal-qari imma hu wkoll activity book li jista’ intuża kemm fid-dar kif ukoll fil-klassi.

Il-Ministru tal-Edukazzjoni qalet li meta l-Uffiċċju tal-Unjoni Ewropea f’Malta tkellem dwar din l-idea mal-Ministeru, mill-ewwel inħass li din kienet inizjattiva tajba ħafna għaliex qed tagħti tagħrif oġġettiv dwar l-Unjoni Ewropea, bil-lingwa tagħna u bl-użu ta’ stampi u ritratti dwar Malta. Jien infurmata li l-uffiċċju tas-Sur Bugelli qed jimpenja ruħu li għas-sentejn li ġejjin jerġa’ jqassam dan il-ktieb lil studenti li jkunu fil-ħames klassi tal-primarja.

Fil-fatt id-Direttorati tal-Edukazzjoni u l-Uffiċċju tal-Unjoni Ewropea f’Malta issa qed jaħdmu wkoll fuq proġett simili biex jippreparaw ktieb għall-istudenti tal-iskejjel sekondarji li jagħżlu il-European Studies.

Nawgura li din il-kollaborazzjoni bejn il-Ministeru tal-Edukazzjoni u l-Uffiċċju tar-Rappreżentanza tal-Unjoni Ewropea f’Malta tkompli b’inizjattivi oħra li jkunu ta’ fejda għall-istudenti tagħna.

Is-Sur Martin Bugelli qal li r-Rappreżentanza tal-Unjoni Ewropea f’Malta offriet dan il-ktieb għax tħoss li t-tfal Maltin għandu jkollhom tagħrif tajjeb u bilanċjat dwar l-Unjoni Ewropea biex ma jkunx hawn min jgħidilhom affarijiet li mhux eżatti.  Hu qal li l-Uffiċċju tiegħu jemmen f’kollaborazzjoni sħiħa mal-iskejjel biex it-tagħrif korrett dwar l-Ewropa jinfirex anke fost l-istudenti.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  Minister Silvio Schembri opens Tech Xpo and launches Malta’s AI Strategy 2.0

PR262025en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Il-Ministru Silvio Schembri jniedi t-tieni Strateġija Nazzjonali għall-Intelliġenza Artifiċjali fil-ftuħ tat-Tech Xpo

PR262025

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow