STQARRIJA TAL-MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT
B’referenza għall-Istqarrija tal-Oppożizzjoni dwar it-tiswijiet fit-turbina tal-estensjoni tal-Power Station ta’ Delimara:
Għal darb’oħra, il-Gvern jiċċara li:
Il-multa ta’ 1.6 miljun ewro fil-ġimgħa applikabbli għal kull ġimgħa dewmien fil-handover tal-impjant lill-Enemalta toħroġ direttament mill-kuntratt u għaldaqstant hija applikabbli direttament. Aktar minn hekk, hemm garanzija bankarja miżmuma minn kumpanija ta’ assigurazzjoni u li tista’ tinġibed direttament mill-Korporazzjoni. Għaldaqstant, huwa proċess awtomatiku li jirrifletti l-kuntratt.
Madankollu, aktar minn hekk, il-Korporazzjoni qed tieħu pariri legali dwar infurzar ta’ danni li jistgħu jirrikorru, b’rabta mal-possibbiltà li jinxtelgħu numru ta’ boilers mill-Power Station tal-Marsa, bl-impatt f’termini ta’ spejjeż marbuta ma’ fuel u emissjonijiet żejda assoċjati mal-fatt li l-impjant tal-Marsa se jkollu jerġa’ jibda jitħaddem.
Huwa ċar li l-kuntrattur aċċetta r-responsabbiltà għall-ħsarat fuq it-turbina mill-mument li l-istess kuntrattur aċċetta li jibgħat l-istess turbina għat-tiswija fl-Ingilterra.
Other Press Releases:
PR262025en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR262025