Left arrow Go Back

APPROVAT IL-ĦRUĠ TAL-PERMESS GĦAL BINI TA’ CLUB TAL-BOĊĊI ĠDID F’SAN ĠWANN

pr2317
Date Icon 23/10/2012

Illum l-Awtorita’ ta’ Malta għall-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) approvat il-ħruġ tal-permess għal-bini ta’ Klabb tal-Boċċi ġdid fil-limiti Ta’ Zwejt f’San Ġwann. Bil-bini tal-klabb tal-Boċċi l-ġdid, il-post li fih illum hemm il-klabb tal-boċċi se jinbena Ċentru Ċiviku ġdid f’post ċentrali u jsir ġnien ġdid u akbar minn dak li hemm illum. Fil-fatt il-ġnien se jikber b’madwar 900 metru kwadru. Dan se jfisser li se jkun hemm spazju b’aktar siġar u logħob għat-tfal.

Biex dan iseħħ il-Ministeru ħa ħsieb li jsib post alternattiv għal klabb tal-Boċċi ta’ San Ġwann. Issa li l-permess għall-klabb tal-boċċi l-ġdid ġie approvat fil-ġimgħat li ġejjin se jinbdew ix-xogħlijiet fuq il-klabb tal-boċċi li mistenni jitlesta fi żmien 4 xhur minn meta jinbeda.

Kull min jixtieq jara walkthrough tal-proġett ta’ Ċentru Ċiviku u Ġnien Karin Grech jista’ jagħmel dan mis-sit elettroniku: http://www.mrra.gov.mt/page.aspx?id=113.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  Minister Silvio Schembri opens Tech Xpo and launches Malta’s AI Strategy 2.0

PR262025en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Il-Ministru Silvio Schembri jniedi t-tieni Strateġija Nazzjonali għall-Intelliġenza Artifiċjali fil-ftuħ tat-Tech Xpo

PR262025

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow