STQARRIJA MILL-ISPTAR ĠENERALI TA’ GĦAWDEX U L-KUMPANIJA WASTESERV
B’riferenza għall-istqarrija maħruġa minn Leo Brincat rigward “Rimi ta’ Skart perikoluż u b’mod illegali mill-Isptar Ġenerali ta' Għawdex”, il-kumpanija WasteServ u l-Isptar Ġenerali t’Għawdex iridu jiċċaraw dawn il-punti:
L-allegazzjoni li l-iskart kien mormi b’mod illegali hija kompletament infondata u skoretta. Dan għaliex ir-rimi tal-iskart kliniku mill-Isptar Ġenerali ta' Għawdex dejjem sar permess ta’ inċinerazzjoni, hekk kif inhu mitlub mill-liġi.
Rigward it-trasportazzjoni tal-iskart, il-proċedura hija li min jixtieq jittrasporta skart ta’ din in-natura għandu jġib permess mingħand il-MEPA magħruf bhala consignment note permit. Qabel it-trasportazzjoni ta’ l-iskart, il-WasteServ trid tkun infurmata u kopja tal-permess irid jintbagħat lill-istess WasteServ.
Fl-2011 kien hemm każ fejn wara id-data ta’ skadenza indikata fil-consignment note permit maħruġ, l-iskart inġarr mill-Wasteserv għal ġo faċilità approvata. Il-MEPA bħala regolatur immultat lill-entitajiet kollha li kienu involuti.
It-tieni każ kien jikkorċerna ġarr ta' asbestos minn kuntrattur privat li ma kienx kopert bil-consigment note permit. Kien ukoll sar użu ta' storage facility mhux awtorizzat. Il-MEPA intervjeniet anki f'dan il-każ. Il-kuntrattur konċernat kellu r-responsabilità delegata lilu skont it-termini tat-tender għat-tneħħija tal-asbestos mill-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex u huwa refa’ din ir-responsabilità u fil-fatt ħallas il-multi dovuti. Il-WasteServ ma kelliex x’taqsam ma’ dan il-każ.
Dawn il-każijiet iservu ta’ konferma kemm l-awtoritajiet f’pajjiżna jagħmlu xogħolhom b’mod tajjeb u trasparenti.
Other Press Releases:
PR262025en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR262025