Left arrow Go Back

KONFERENZA DWAR L-ISTORJA F’GĦAWDEX

pr2308
Date Icon 22/10/2012

A Wonderful Future Beckons Young Gozitan Historians kienet it-tema ta’ konferenza li ttellgħet fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet fis-Sala tal-Konferenzi tal-Ministeru għal Għawdex. Din il-konferenza kienet organizzata mid-Dipartiment tal-Istorja fi ħdan l-Università ta’ Malta b’koordinazzjoni tal-Professur Victor Mallia Milanes.

Fil-ftuħ tal-konferenza, l-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex, qalet li din il-konferenza għandha relevanza mhux biss fil-kuntest reġjonali, iżda anke fuq dak nazzjonali. Hija wriet is-sodisfazzjon tagħha għall-fatt li l-lista ta’ kelliema hija magħmula minn gradwati Għawdxin, nisa u rġiel, li f’dawn l-aħħar snin laħqu diversi livelli ta’ studju dwar l-istorja fl-Università ta’ Malta. Dan permezz ta’ korsijiet li huma attendew kemm f’Malta kif ukoll fil-Kampus tal-Università f’Għawdex, li wasslu wkoll biex uħud minnhom jiksbu livelli ta’ masters jew dottorat.

Filwaqt li rringrazzjat lil koordinaturi, li permezz ta’ din il-konferenza poġġew fil-perspettiva x-xogħol u r-riċerka ta’ dawk li ġew ġustament deskritti bħala ‘storiċi żgħażagħ Għawdxin’,  il-Ministru għal Għawdex fissret kif  t-temi għad-diskussjoni jitfgħu ħarsa lejn l-istorja klassika u dik aktar riċenti. Dan jirrifletti wkoll id-diversità fl-għażla ta’ studji li joffri d-dipartiment tal-istorja, li allura jagħti opportunità ta’ studju f’diversi oqsma, bir-riżultat li jikber il-potenzjal li dan l-għarfien jista’ jkollu fil-qasam tax-xogħol. Hija rreferiet ukoll għal temi storiċi assoċjati mal-gżira ta’ Għawdex filwaqt li ferħet lill-kelliema Għawdxin għax minbarra s-sodisfazzjon personali l-istudji, tagħhom ifissru wkoll riżultati pożittivi għal gżira ta’ Għawdex.

Is-sessjonijiet fil-konferenza ġew immexxija mill-Professur Victor Mallia Milanes, in-Nutar Paul G. Pisani u n-Nutar Michael Refalo.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  Minister Silvio Schembri opens Tech Xpo and launches Malta’s AI Strategy 2.0

PR262025en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Il-Ministru Silvio Schembri jniedi t-tieni Strateġija Nazzjonali għall-Intelliġenza Artifiċjali fil-ftuħ tat-Tech Xpo

PR262025

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow