Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U L-AFFARIJIET RURALI

pr2301
Date Icon 21/10/2012

Il-Ministru George Pullicino f’laqgħa dwar l-immaniġġjar tas-sajd fil-Mediterran mas-Segretarju Eżekuttiv tal-General Fisheries Commission for the Mediterranean (GFCM)

Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali George Pullicino il-bieraħ attenda għal-laqgħa mas-Segretarju Eżekuttiv tal-General Fisheries Commission for the Mediterranean (GFCM), organizazzjoni li din is-sena tagħlaq 60 snin mit-twaqqif tagħha. Malta ilha membru tal-GFCM għal ftit inqas min 50 sena u hija membru attiv fl-organizzazzjoni fejn tidħol riċerka u maniġġ t’informazzjoni fuq is-sajd u l-akwakultura. 

Din l-organizazzjoni għanda fi ħdanha 24 membru li jinkludu 22 pajjiż mill-Mediterraan u l-Baħar l-Iswed, kif ukoll il-Ġappun u l-Unjoni Ewropea. Għan prinċipali tal-GFCM hu li tassigura s-sostenibbilita tal-ispeċi tal-bahar, l-iżvilupp tal-akwakultura u l-protezzjoni ta’ habitats sensittivi. 

Waqt il-laqgħa li l-Ministru Pullicino kellu mas-Segretarju Ezekuttiv, iddiskutew il-potenzjali ta’ aktar kollaborazzjoni sabiex jitjieb l-immaniġġjar tas-sajd fil-Mediterran. Il-Ministru saħaq fuq tlett punti importanti li sabiex dan jitwettaq hemm bżonn:

Enfasi akbar fuq l-iżvilupp u r-riċerka fil-qasam tal-akwakultura. Dan hu neċessarju biex ir-reġjun u l-Ewropa tikkompeti mas-swieq barranin.

Għajnuna u protezzjoni tas-sajd artiġjanali li huwa minnu nnifsu sostennibli.
Ko-ordinazzjoni aħjar fl-aspett ta’ ġbir ta’ nformazzjoni, permezz ta’ database komuni bejn il-pajjiżi tal-Mediterran.

Il-Ministru Pullicino saħaq ukoll fuq l-importanza li l-organizazzjoni tiffoka fis-snin li ġejjin f’azzjoni fuq livell sub-reġjonali tal-Mediterran. Dan biex tilħaq il-bżonnijiet partikolari fi ħdan dan ir-reġjun li joffri sfidi differenti u partikulari. 

Iż-żewġ partijiet qabblu li għax-xhur li ġejjin għandu jitħejja pjan t’azzjoni ta’ kif għandhom jintlaħqu dawn l-għanijiet u x’azzjonijiet partikolari li Malta tista tieħu biex tkompli tgħin ħalli jintlaħqu l-iskopijiet proprji tal-GFCM.

Għal laqgħa attenda wkoll is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali, Dr. Ing. Chris Ciantar.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  Minister Silvio Schembri opens Tech Xpo and launches Malta’s AI Strategy 2.0

PR262025en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Il-Ministru Silvio Schembri jniedi t-tieni Strateġija Nazzjonali għall-Intelliġenza Artifiċjali fil-ftuħ tat-Tech Xpo

PR262025

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow