Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-FINANZI, EKONOMIJA U INVESTIMENT

pr2297
Date Icon 20/10/2012

Il-Gvern u l-Enemalta se jiżguraw li l-kuntrattur jerfa' kull responsabbilta għall-ħsarat fl-impjant tal-Power Station

Stqarrija bi tweġiba għall-Istqarrija tal-Oppozizzjoni

L-Istqarrija tal-Oppożizzjoni turi biċ-ċar li l-interess tagħha huwa li tħabbel l-imħuħ għal gwadann politiku partiġġjan, filwaqt li tarmi l-barra kull forma ta' interess nazzjonali.

Il-kwalita teknika u ambjentali tal-impjant mhux is-suġġett tad-diskussjoni. L-impjant ta' Delimara huwa suġġett ghall-istandards iebsin tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-ambjent kif ukoll l-IPPC permit tal-MEPA. Dawn l-istandards mhux biss qed jintlaħqu izda waqt il-perjodu ta' ttestjar inqabżu sostanzjalment, għal kwalita tal-arja ferm ahjar għall-familji tal-madwar.

Huwa ħasra li l-Oppozizzjoni konxjament tinjora n-natura ta' ħsara li m'għandha x'taqsam xejn mat-tip ta' impjant li qed jintuża. L-aspett innovattiv tal-impjant huwa fil-metodu ta' kif jinqabdu l-emissjonijiet minn magni diesel. Waqt il-perjodu ta' prova, irriżulta li l-livelli ta' emissjonijiet kienu ahjar minn dawk oriġinarjament stipulati mill-kuntratt. Għall-kuntrarju, is-sistema użata mill-isteam turbine (magħrufa bhala combined cycle) mhix differenti minn dik użata preżentement f'Delimara stess.

Il-ħsara li seħħet fit-turbina kienu kawza ta' inċident kkaġunat mal-kuntrattur, u li issa se jkun qed jintalab jerfa responsabbilta finanzjarja ta' dak li seħħ. Filwaqt li fil-passat l-Oppożizzjoni ma ddejqet xejn timbotta l-interessi ta' kuntratturi partikolari, il-Gvern u l-Korporazzjoni se jaraw li l-obbligi kollha kuntrattwali jkunu rispettati u li l-kuntrattur jerfa' r-responsabbilta kollha għall-ispejjeż assoċjati mad-dewmien tal-użu tal-impjant il-ġdid u mat-tħaddim tal-Power Station tal-Marsa.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  Minister Silvio Schembri opens Tech Xpo and launches Malta’s AI Strategy 2.0

PR262025en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Il-Ministru Silvio Schembri jniedi t-tieni Strateġija Nazzjonali għall-Intelliġenza Artifiċjali fil-ftuħ tat-Tech Xpo

PR262025

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow