Left arrow Mur Lura

DISKORS MILL-ONOR. PETER MICALLEF, ASSISTENT PARLAMENTARI FIL-MINISTERU GĦAS-SAHHA, L-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITA` WAQT IL-PREVENTION OF OSTEPOROSIS SEMINAR – IS-SIBT, 20 TA` OTTUBRU, 2012

pr2295
Date Icon 20/10/2012

Illum, fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Osteoporożi, erġajna ltqajna, għat-tielet sena konsekuttiva, kemm biex nagħtu ħarsa lura biex napprezzaw ix-xogħol li twettaq matul is-sentejn li għaddew, kif ukoll biex inħarsu ‘il-quddiem b’ottimiżmu lejn x’hemm bżonn ikompli jsir sabiex insaħħu l-għarfien tagħna dwar il-kundizzjoni tal-Osteoporożi u l-prevenzjoni tagħha.

Matul is-sentejn li għaddew id-Direttorat tal-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard, u l-Għaqda Maltija għall-Osteoporożi niedew u wettqu kampanja, mat-tfal u ż-żgħażagħ fl-iskejjel tal-Istat, dwar dak li għandhom jagħmlu waqt tfulithom u ż-żgħożija biex l-għadam tagħhom jiżviluppa u jikber f’għadam b’saħħtu. Dan sabiex jgħinhom inaqqsu r-riskju li jiżviluppaw l-Osteoporozi f’ħajjithom aktar ‘il-quddiem.

Din is-sena saru ukoll laqghat mal-iskejjel tal-Knisja kif ukoll ma xi skejjel Indipendenti, sabiex il-kampanja li twettqet fl-isekjjel tal-Istat tinfirex ukoll f’dawn l-iskejjel u b’hekk nilħqu it-tfal u ż-żgħażagħ kollha Maltin u Għawdxin.

Huwa importanti li nsemmu wkoll li għalkemm f’din il-kampanja kien hemm enfasi fuq il-prevenzjoni tal-Osteoporożi u għalhekk saret ħafna ħidma mat-tfal u ż-żgħażagħ id-Direttorat tal-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard, u l-Għaqda Maltija għall-Osteoporożi żammew dejjem f’moħħhom l-importanza li il-messaġġ ta’ prevenzjoni u kontroll tal-Osteoporożi jilħaq ukoll il-popolazzjoni adulta fil-gzejjer tagħna. Għalhekk matul is-sena li għaddiet ġie ippubblikat fuljett dwar dan is-suġġett li hu immirat għall-adulti.

Jiena nawgura li s-Seminar ta din is-sena jerġa’ jkun mezz biex napprezzaw u nevalwaw il-ħidma li saret matul is-sentejn li għaddew u nifhmu x’inhuma il-prioritajiet f’dan il-qasam fis-sena li ġejja. Nawgura li il-ħidma li bdiet, tkompli u tissaħħaħ, għall-ġid u s-saħħa tal-poplu Malti u Għawdxi, kemm tal-lum kif ukoll ta’ għada.

Grazzi.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  Minister Silvio Schembri opens Tech Xpo and launches Malta’s AI Strategy 2.0

PR262025en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Il-Ministru Silvio Schembri jniedi t-tieni Strateġija Nazzjonali għall-Intelliġenza Artifiċjali fil-ftuħ tat-Tech Xpo

PR262025

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow