Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U L-AFFARIJIET RURALI

pr2292
Date Icon 19/10/2012

• €1.5 miljun fi tlett snin fi skema għal min ikabbar it-tadam għall-iproċessar.

• Proġett ta’ bini ta’ serrer fl-Għammieri biex issir aktar riċerka.

Għat-tlett snin li ġejjin il-Gvern se jinvesti €1.5 fuq tlett snin fil-bdiewa li jkabbru t-tadam għall-ipproċessar. Dan ħabbru l-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali George Pullicino flimkien mal-Assistent Parlamentari l-Onor Philip Mifsud, waqt li żaru x-xogħlijiet li jinsabu għaddejjin fuq bini ta’ serer ġodda fl-għammieri li se jintużaw biex issir aktar riċerka anki fuq it-tadam.

L-għan tal-iskema hu li tinħoloq sistema aktar komprensiva fil-katina tal-ipproċessar tat-tadam mill-għalqa sal-platt tal-konsumatur.  L-għajnuna li se tingħata għandha twassal biex il-prodott finali magħmul mit-tadam Malti ikun preżentat fis-suq bl-aħjar mod possibbli biex il-konsumatur imur aktar biex jagħżel dan il-prodott.

Il-fiduċja fil-prodott li artna tiproduċi qegħda kull ma jmur tiżdiet. Fuq it-tadam kulħadd jaqbel li t-tadama ta' Malta kemm fit-tgħoma kif ukoll fil-freskezza tagħha peress li tasal fi djarna fi żmien qasir minn meta tkun inqatgħet mill-għalqa, hi superjuri fil-kwalità tagħha. Biss hemm bżonn li l-prodott Malti ta’ kwalità ikun distint minn prodotti oħra inferjuri. Biex dan issir hemm bżonn ħidma akbar fil-preżentazzjoni tal-prodott ta’ kwalità.

Il-Ministru Pullicino qal li din l-iskema li se tidħol fis-seħħ għandha wkoll l-għan biex twassal tistimola aktar dan is-settur, kemm biex il-bdiewa preżenti ikompli javvanzaw f’din l-attività kif ukoll, biex anki bdiewa oħra jagħżlu li jidħlu biex ikabru t-tadam.

L-integrazzjoni tal-bdiewa fil-katina tal-iproċessar tat-tadam, għandha twassal ukoll biex il-bdiewa jingħataw prezz aktar ġust għal ħidma tagħhom. F’pajjiżna insibu ħames Organizzjonijiet tal-Produtturi tat-tadam għall-Ipproċessar filwaqt li nsibu tlett proċessuri tad-tadam.  Preżenti għal konferenza tal-aħbarijiet illum kien hemm ukoll rapreżentati mill-organizazzjonijiet tal-produtturi li flimkien maghhom fil-ġranet li ġejjin uffiċjali mid-Dipartiment tal-Agrikoltura se jkollhom taħdidiet magħhom fuq kif se titħaddem is-sistema biex fl-aqsar żmien possbbli tibda tiffunzjona. Il-produzzjoni lokali tat-tadam għall-industrija tal-ipproċessar għas-sena 2012 kienet tammonta għall- aktar minn 6,200 tunnellata. It-total tal-produtturi tat-tadam għas-sena 2012 kien ta’ 211-il bidwi.

Il-Ministru Pullicino qal ukoll li f’dawn is-sentejn ma kienx hawn il-marda tat-tuta absoluta. Din hija marda li tattakka prodotti agrikoli, bħalma huma t-tadam, u li sa sentejn ilu ħolqot ferment kbir fost il-komunità agrikola tagħna. b’koperazzjoni sħiħa bejn il-Gvern, il-produtturi, l-għaqdiet tal-bdiewa, għaqdiet tal-produtturi tat-tadam u anke l-proċessuri lokali twettaq pjan li ta riżultati pożittivi kontra din il-marda li sar b’allokazzjoni finanzjarja ta’ €300,000

il-Ministru Pullicino temm jgħid li fl-għammieri qed jinbenew numru ta’ serer ġodda bil-għan li fihom tkompli ssir aktar riċerka ukoll fuq it-tadam. Dan iċ-ċentru tal-Għammieri qed isaħħaħ l-irwol tiegħu ta’ ċentru nazzjonali għall-iżvilupp tas-settur agrikolu f’Malta fl-aspetti kollha tiegħu. Fiċ-Ċentru tal-Għammieri qed isiru ’l fuq minn 20 proġett differenti ta’ riċerka. Dawn jinkludu provi u proġetti kemm fl-uċuħ tar-raba kif ukoll fit-trobbija tal-annimali.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  Minister Silvio Schembri opens Tech Xpo and launches Malta’s AI Strategy 2.0

PR262025en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Il-Ministru Silvio Schembri jniedi t-tieni Strateġija Nazzjonali għall-Intelliġenza Artifiċjali fil-ftuħ tat-Tech Xpo

PR262025

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow