Left arrow Go Back

IL-PRESIDENT GEORGE ABELA JNIEDI ‘THE PRESIDENT’S CHARITY FUN RUN’ 2012 GĦAT-2 TA’ DIĊEMBRU

pr2289
Date Icon 19/10/2012

Din hija r-raba’ edizzjoni tal-President’s Charity Fun Run, u bħas-snin li għaddew din il-ġirja se jkollha l-iskop ewlieni sabiex tiġbor fondi b’risq l-Istrina 2012.

Is-Sur Joaquim F. Silva Pinto, il-Kap Eżekuttiv tal-Banif Bank qal li għar-raba’ sena konsekuttiva l-Banif Bank qed ikun l-isponsor ewlieni ta’ din l-attività u jemmen li x-xogħol nobbli li tagħmel il-Malta Community Chest Fund fis-soċjetà Maltija jagħti l-opportunità lill- Banif Bank ikompli juri r-responsabbiltà soċjali u b’hekk hija ta’ opportunità għall-Bank li jkompli jinvesti fil-komunità Maltija.

Il-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità, Joe Cassar tkellem dwar l-importanza li wieħed jipparteċipa f’dawn ix-xorta ta’ attivitajiet sportivi għax minbarra li jkun qiegħed jappoġġja attività filantropika, ikun ukoll qed jieħu ħsieb is-saħħa tiegħu. Li wieħed jagħmel xi forma ta’ eżercizzju jkun qed inaqqas ir-riskji ta’ mard li ġġib il-ħajja sedentarja u passiva u wkoll esprima li din l-attività jirnexxilha tgħaqqad il-poplu bħala wieħed u jagħmlu unit.

Il-President George Abela spjega li kull min se japplika se jkollu din is-sena goodie bag li jikkonsisti f’T-shirt u bib, energy bar, u  beritta u mal-wasla l-Belt wieħed jingħata bħala tifkira ċertifikat flimkien ma’ frott u ilma. Qal ukoll li min jixtieq jagħmel il-ġirja mill-Palazz ta’ Sant’Anton sal-Palazz il-Belt, 7 kilometri, għadu fiċ-ċans li jibda jitħarreġ ftit kuljum u jkun jista’ jagħmilha.

Il-President Abela rringrazzja lill-Banif Bank li mill-ewwel sena emmen f’din l-attività li ta’ kull sena dejjem qed tikber. Irringrazzja wkoll lill-Ministru Joe Cassar li jemmen f’dawn l-inizjattivi u wkoll lis-Sindki tal-lokalitajiet li tgħaddi minnha l-ġirja għall-impenn tagħhom sabiex joħolqu festa f’kull lokal.  Il-President Abela stieden lil dawk li jippreferu jimxu flok jiġru, sabiex jingħaqdu mas-Sinjura Abela minn ħdejn Casa Leoni f’Santa Venera.

Fi tmiem il-ġirja/mixja, kulħadd jispiċċa quddiem il-Palazz il-Belt sabiex il-festa titkompla fil-kumpanija ta’ Kurt Calleja fejn janima l-folla permezz tar-repertorju tiegħu u jtemmu l-attività Maria u Pedro f’party kbir permezz taz-Zumba.

Il-President’s Charity Fun Run se ssir fit-2 ta’ Dicembru u l-applikazzjonijiet jistgħu jinġabru minn kull fergħa tal-Banif Bank, mill-uffiċini tal-Malta Community Chest Fund, il-Palazz il-Belt; mill-Palazz ta’ San Anton jew online www.funrun.org.mt

Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jċempel fuq 2122 6226.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  Minister Silvio Schembri opens Tech Xpo and launches Malta’s AI Strategy 2.0

PR262025en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Il-Ministru Silvio Schembri jniedi t-tieni Strateġija Nazzjonali għall-Intelliġenza Artifiċjali fil-ftuħ tat-Tech Xpo

PR262025

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow