Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-AVUKAT ĠENERALI

pr2287
Date Icon 19/10/2012

L-Avukat Ġenerali jixtieq jagħmel xi preċiżazzjonijiet dwar il-proċedura applikabbli fil-każijiet li jkunu investigati mill-OLAF (l-uffiċċju ta’ kontra l-frodi ta’ l-Unjoni Ewropea).

L-ewwelnett, għandu jiġi ċċarat illi l-OLAF għandha qafas ta’ ftehim ma’ l-awtoritajiet kompetenti fil-pajjiżi membri ta’ l-Unjoni Ewropea dwar il-proċedura li tapplika fil-każ ta’ investigazzjonijiet mill-uffiċjali tagħha.

Meta l-OLAF tħoss illi l-investigazzjonijiet tagħha għandhom jintbagħtu għall-evalwazzjoni ulterjuri tal-awtoritajiet nazzjonali hija tibgħat ir-rapporti relattivi lill-awtorità kompetenti fil-pajjiż membru.

Fil-każ ta’ Malta tali rapport jintbagħat lill-Avukat Ġenerali biex jevalwah skont il-proċedura nazzjonali.

Dwar  l-aktar każ  reċenti r-rapport għandu jasal għand l-Avukat Ġenerali llum wara nofsinhar.

L-investigazzjonijiet li jkunu qed isiru mill-Avukat Ġenerali m’ humiex pubbliċi u l-Avukat Ġenerali fl-aħjar interess tal-ġustizzja ma jikkummentax dwar  il-meritu ta’  investigazzjoni li tkun pendenti.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  Minister Silvio Schembri opens Tech Xpo and launches Malta’s AI Strategy 2.0

PR262025en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Il-Ministru Silvio Schembri jniedi t-tieni Strateġija Nazzjonali għall-Intelliġenza Artifiċjali fil-ftuħ tat-Tech Xpo

PR262025

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow