Left arrow Go Back

DISKORS MIS-SINJURA MARGARET ABELA FL-OKKAŻJONI TAL-FTUĦ TAL-KAMPANJA TAL-PIGGYBANK FL-ISKEJJEL - L-ERBGĦA 17 TA’ OTTUBRU 2012.

pr2274
Date Icon 17/10/2012

L-għodwa t-tajba u grazzi mill-qalb għall-merħba sabiħa li minn sena għal oħra dejjem tagħtuna.  Sena oħra għaddiet, u wara kampanja pożittiva u rekord fil-ġbir ta’ donazzjonijiet minn din il-kampanja b’risq l-Istrina, bi pjaċir illum iltqajna sabiex għar-raba’ sena konsekuttiva tiġi mnedija din il-kampanja fl-iskejjel kollha ta’ Malta u Għawdex.  Intom l-istudenti tagħmlu din il-kampanja waħda speċjali.  Bil-flus li intom titfgħu fil-karus jirnexxilkom tiġbru s-somma sabiħa sabiex tgħinu lil sħabkom li jkunu għaddejjin minn diffikultajiet partikolari.

Apparti mill-flus li jinġabru tul din il-kampanja, intom it-tfal tagħtu eżempju ta’ sens ta’ mħabba, altruwiżmu u ġenerożità li għandkom.  Sempliċiment daħka lil sħabkom, jew għajnuna li tagħtu lil xulxin sabiex tirnexxu fl-istudju tagħkom, jafu jkunu ta’ faraġ għal sħabkom kull filgħodu.  Aħna ngħixu f’soċjetà fejn kollha għandna bżonn xulxin u li flimkien nistgħu nagħmlu d-differenza.

Illum hija ġurnata ta’ festa fejn se niċċelebraw is-solidarjetà u l-għarfien fostkom l-istudenti dwar is-sens ta’ karità, …. kemm kapaċi nkunu hemm għall-oħrajn meta l-aktar ikollhom bżonna.

Hu ta’ sodisfazzjon għalina meta naraw lilkom l-istudenti tipparteċipaw b’mod attiv fl-attivitajiet li jiġu organizzati b’risq l-Istrina.  Intom xhieda tas-solidarjetà u l-ġenerożità li għandu l-poplu Malti u Għawdxi.  

Nixtieq nuri l apprezzament tagħna lejn l-għalliema u d-diriġenti tant dedikati, u li jagħmlu xogħol kbir fil-qasam edukattiv.  Grazzi wkoll lill-Bank of Valletta li ta’ kull sena jissapportjaw din il-kampanja tant importanti.

Din is-sena wkoll, l-Istrina ser issir nhar is-26 ta’ Diċembru.  Inħeġġukom sabiex sa dakinhar issegwu u tipparteċipaw fl-attivitajiet kollha li se jiġu organizzati sabiex flimkien naslu għall-maratona tal-Istrina, l-għada tal-Milied.

Grazzi mill-qalb.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  Minister Silvio Schembri opens Tech Xpo and launches Malta’s AI Strategy 2.0

PR262025en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Il-Ministru Silvio Schembri jniedi t-tieni Strateġija Nazzjonali għall-Intelliġenza Artifiċjali fil-ftuħ tat-Tech Xpo

PR262025

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow