Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU TAS-SAĦĦA, L-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITÀ

pr2225
Date Icon 10/10/2012

Il-Poplu jgħid mod, l-Oppożizzjoni tgħid mod ieħor 

Hu għajb li l-Malta Labour Party jibqa jeħodha kontra inizjattiva oħra favur il-pazjenti.

Fl-isforz tiegħu li jpinġi lill-pajjiż u s-servizzi fil-qasam tas-saħħa f’dawl ikraħ, din id-darba il-Malta Labour Party saħansitra qed joġġezzjona għal ftehim ieħor mall-privat li minnu se jibbenefikaw il-pazjenti.

Fil-fatt kollox jindika li l-Oppożizzjoni ma fehmitx  x’inhi id-differenza bejn l-Isptar Saint Philips, li se jintuża għar-rijabilitazzjoni u l-Isptar Mater Dei li huwa acute hospital.

Il-Malta Labour Party issa qed imeri lill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa, li qalet li pajjiżna huwa “role model” għal pajjiżi oħra fil-qasam tas-saħħa.  Aktar minn hekk il-Malta Labour Party saħansitra qed jgħid l-oppost ta’ dak li qed jgħidu l-Maltin u l-Għawdxin.  Fil-fatt, minkejja it-tfiegħ ta’ tajn kontinwu mill-Oppożizzjoni, il-Eurobarometer juri li 82% tal poplu Malti jqis s-servizz tas-saħħa f’pajjiżna hu wieħed tajjeb.

Għal darb oħra qed tiġi miċħuda il-gidba li saru xi ħlasijiet għal xogħolijiet li ma sarux.

Ironikament, f’temp ta ġimgħa, il-Ministeru ħabbar ftehim ieħor ma 3 sptarijiet privati dwar proċeduri oħra ghal gid tal-pazjenti, u tħabbru wkoll żewġ inizjattivi oħra mill-privat fil-qasam tas-saħħa. 

Dan kollu juri li filwaqt li l-pazjent qed ikompli jibbenefika mill-politika tal-gvern għal-qasam tas-saħħa, l-Oppożizzjoni qed tiddendel ma kull opportunità biex tħammeġ is-settur u tiżra n-negattività.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Disa’ persuni b’diżabilità jiksbu ħiliet ġodda għal aktar indipendenza u opportunitajiet ta’ xogħol

PR262022

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Disa’ persuni b’...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Mediterranean Tourism Foundation meets the Speaker of the House of Representatives Carmelo Abela

PR262021en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Mediterranean Tourism Found...

Aktar Stqarrijiet Right arrow