IL-MINISTRU CRISTINA TFAĦĦAR IS-SEHEM TAL-ISKEJJEL TAL-KNISJA
Waqt żjara li għamlet fl-iskola ta’ St. Dorothy f’Tas-Sliema, il-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol, Dolores Cristina uriet is-sodisfazzjon tagħha għall-kollaborazzjoni sħiħa li llum teżisti bejn l-Iskejjel tal-Istat u dawk tal-Knisja u Indipendenti.
Il-Gvern dejjem emmen fis-sehem kbir li l-Knisja f’pajjiżna tat f’diversi oqsma tal-ħajja, partikolarment dak tat-tagħlim u jħares lejn l-iskejjel tal-Knisja bħala kumplimentari għal dawk tal-Gvern. Dawn huma skejjel li qegħdin hawn biex jibqgħu u l-Gvern qed jgħinhom b’diversi modi biex ikomplu jikbru u jimmodernizzaw.
Il-Ministru Cirstina fakkret li fl-ewwel tliet snin tal-leġislatura, il-Gvern ta aktar minn €105 miljun lill-iskejjel tal-Knisja; fl-2011 il-Gvern alloka s-somma ta’ €43.2 miljun għal dawn l-iskejjel. Skont il-ftehim bejn il-Knisja u l-Gvern, il-parti l-kbira ta’ dawn il-flus imorru għas-salarji ta’ għalliema, LSAs, kindergartern assistants, counsellors,u social workers.
Aktar kmieni din is-sena il-Gvern iffirma ftehim mal-Kurja biex tfal li jattendu l-iskejjel tal-Knisja jingħataw l-istess appoġġ u servizzi kif jingħataw studenti li jattendu l-iskejjel tal-Istat. Għal din is-sena 2012 il-Gvern alloka €44.2 miljun biex ikompli jgħin fl-iffinanzjar tal-iskejjel tal-knisja u fil-kwalita’ tat-tagħlim li joffru.taħriġ lill-għalliema u LSAs
Barra minn il-Gvern għandu li permezz tagħha jirrifondi 15.2% fuq spejjeż kapitali li jagħmlu skejjel tal-knisja meta dawn jkollhom bżonn xogħlijiet biex iżidu l-klassijiet jew xogħol strutturali ieħor biex ikunu jistgħu jwettqu r-riformi fil-qasam edukattiv.
Illum hemm aktar minn 525 LSA fl-iskejjel tal-Knisja imħallsa mill-Gvern biex jagħtu servizz lil madwar 800 tifel u tifla li jinħtieġu dan is-servizz importanti.
Il-Gvern jgħin ukoll billi jagħti taħriġ lill-għalliema u LSAs fl-iskejjel tal-Knisja flimkien mal-għalliema tiegħu.
Il-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol qalet li bħalissa żewġ skejjel tal-Knisja qed jipparteċipaw fil-proġett pilota biex ikun hemm suġġetti vokazzjonali fil-livell sekondarju.
Fakkret li meta bħala parti mir-riformi fl-edukazzjoni, il-Gvern neħħa l-eżami tal-Junior Lyceums, il-Knisja neħħiet dak tal-Common Entrance u l-iskejjel tagħha, fil-parti l-kbira tagħhom, mingħajr ma kienu sfurzati, iżda għax raw li din kienet l-aħjar soluzzjoni, introduċew ukoll l-eżerċizzju tal-Benchmarking li kien introdott fl-iskejjel kollha tal-Istat.
Illum, il-kolaborazzjoni u s-sinerġija bejn il-Gvern u l-iskejjel tal-Knisja tant hi qawwija u soda li l-Gvern ħass li uffiċjali mill-iskejjel tal-Knsija għandhom ikunu involuti f’bordijiet li jaħdmu fuq policies u riformi edukattivi.
Il-Ministru Cristina f’isem il-Gvern u l-poplu Malti u Għawdxi rringrazzjat lill-Iskejjel tal-Knisja għall-kontribut kbir li taw u se jkomplu jagħtu lill-pajjiż u lit-tfal Maltin u Għawdxin, bil-ħidma siewja tagħhom.
Stqarrijiet Oħra:
PR262022
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Disa’ persuni b’...
PR262021en