STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U L-AFFARIJIET RURALI
L-istqarrija tal-Onor Brincat tkompli turi kemm l-Oppożizzjoni hija mfixxkla u tipprova toħloq kontroversji fuq ix-xejn.
L-intenzjoni tal-Gvern kienet u għada ċara dik li tiġi ġġenerata l-enerġija mir-riħ u għalhekk saret applikazzjoni l-MEPA. Hija ħasra li proġett ta’ fejda Nazzjonali l-Oppożizzjoni tipprova tagħmlu ballun politiku.
Il-proċess tal-istudju wasal fl-istadju fejn ingħata lill-istaketholders biex jibgħatu l-kummenti tagħhom. Għalhekk diġa huwa pubbliku u l-Gvern ma żamm xejn mistur tant li ġurnal lokali talab lill-Gvern għall-kumment. Il-fatt li l-Gvern diġa applika għal-fondi Ewropej kif ukoll ħareġ tender skont kif irrakomanda r-raport tal-EIA biex isiru studji fuq l-impatt tat-turbini fuq l-għasafar, huwa sinjal ċar tal-Gvern li b’determinazzjoni diġa beda jieħu l-passi kollha neċċessarji biex l-istudji jkunu lesti kollha. Biss bħala applikant il-Gvern irid jimxi ma’ kull rakkomandazzjoni tal-MEPA, li talbet li jsir l-EIA u wara tanalizza l-konklużjonijiet tar-rapport imfassal bħal ma jiġri f’kull applikazzjoni quddiem il-MEPA.
l-Onor Brincat imissu jaf li l-proċess tal-EIA sar propju biex ikunu analizatti l-impatti ambjentali inkluż l-impatt fuq il-ħajja marina fiż-żona, sabiex iservu ta’ bażi għad-deċiżjoni tal-MEPA.
Il-Windfarms huma parti waħda mil-Pjan ta’ Malta biex tinkiseb l-enerġija nadifa. l-enerġija nadifa se tkun miksuba mix-xemx, mir-riħ u mill-iskart. Ir-riżultati miksuba sa issa huma nkoraġġanti. Mill-miri stabbiliti għal-enerġija mix-xemx pajjiżna diġa qabeż dak stabbilit għas-sena 2012 filwaqt li anki mill-iskart issa bdiet tiġi ġġenerata l-enerġija nadifa. Dan juri kif pajjiżna miexi bi pjan sejru u li qed jagħti l-frott meħtieġ. F’dan kollu l-Oppożizzjoni dejjem fixklet, kienet kontra l-immodernizzar tal-impjant ta’ Sant’ Antnin, saħansitra Dott Muscat prova jtellef fondi Ewropej lil Malta għal dan il-proġett.
Filwaqt li l-Gvern hu ċar fuq il-proġetti tiegħu, l-Oppożizzjoni hi maqsuma u mgerfxa fuq dan is-suġett ukoll. Għal kontra ta’ dak li għamel Dott Muscat f’Wied Rini, fejn mar ibeżża l-bdiewa li l-windfarms jipperikolaw il-watertable, l-Onor Brincat f’ġurnal lokali kien kiteb li l-Gvern kellu “l-ewwel jagħmel żewġ jew tlett windfarms żgħar jew mezzana fuq l-art u wara jikkonsidra li jagħmel windfarms fil-baħar qrib ix-xtajtiet”
It-taħwid tal-Oppożizzjoni kompla joħroġ fil-beraħ meta, d-deputat Roderick Galdes f’ġurnal lokali kiteb li “my team of voluntary experts have generated, through their diverse technical capabilities, enough knowledge on the subject matter, to enable us to pursue a strategically modest direction.” Iżda baqa qatt ma qal min kienu l-esperti u x’kienu qalu dawn l-esperti.
Bħas-soltu mal-Oppożizzjoni ħadd ma jaf fejn qiegħed. L-Oppożizzjoni ta’ Dott. Muscat interessata biss fil-poter.
Stqarrijiet Oħra:
PR262022
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Disa’ persuni b’...
PR262021en