SEMINAR F’GĦAWDEX BIT-TEMA L-ARTRITE U R-REWMATIŻMU FIS-SEKLU 21
F’Għawdex ittella’ seminar bit-tema L-Artrite u r-Rewmatiżmu fis-Seklu 21, ikkoordinat mit-Taqsima tal-Outpatients fi ħdan l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex bil-kollaborazzjoni tal-Ministeru għal Għawdex u l-kumpanija Abbott. Indirizzaw is-seminar Prof Carmel Mallia li tkellem dwar l-Uġigħ u l-Artrite, is-Sa. Doris Aquilina dwar l-irwol ta’ infermiera tar-rewmatoloġija, is-Sa. Louise Grech dwar is-servizzi farmaċewtiċi fir-rewmatoloġija u esperjenza personali mis-Sur Romeo Pace.
Fil-messaġġ tagħha, il-Ministru għal Għawdex l-Onor. Giovanna Debono, faħħret l-inizjattiva tal-infermiera u l-impenn ta’ dawk kollha li joffru s-servizzi tagħhom fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, bil-għan li jħarsu l-ewwel u qabel kollox il-bżonnijiet u l-interessi tal-pazjent. Il-Ministeru għal Għawdex jippromwovi attivitajiet li huma mmirati li jżidu l-għarfien fost is-soċjetà Għawdxija, b’mod partikolari f’dak li hu relatat ma’ għarfien dwar is-saħħa u dwar stili ta’ ħajja aktar b’saħħtiha.
Saret referenza wkoll għall-aħħar żviluppi fil-qasam tas-saħħa f’Għawdex li jinkludu t-twaqqif ta’ Dipartiment ġdid tar-Radjoloġija, servizz tan-Naproteknoloġija, xiri ta’ żewġ ambulanzi ġodda, u xogħlijiet li jinsabu għaddejjin fuq taqsima ġdida tal-operazzjonijiet kif ukoll xogħol ta’ ristrutturar fil-kuriduri.
Stqarrijiet Oħra:
PR262022
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Disa’ persuni b’...
PR262021en