IT-TISĦIĦ TAL-FINANZI PUBBLIĊI EWROPEJ FUQ L-AĠENDA FIL-LUSSEMBURGU
Il-Ministru tal-Finanzi, Ekonomija u Investiment Tonio Fenech, ħalla Malta għal Lussemburgu, fejn se jipparteċipa għal laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri tal-Affarijiet Ekonomiċi u l-Finanzi tal-Unjoni Ewropea (ECOFIN) u l-laqgħa tal-Grupp tal-Ewro (Eurogroup). L-Onor. Tonio Fenech se jkun akkumpanjat mir-Rapprezentant Permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropea, Marlene Bonnici u mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Finanzi, Ekonomija u Investiment, Alfred Camilleri.
Fost is-suġġetti fuq l-aġenda tal-Ecofin, se tkompli d-diskussjoni dwar ir-regolamenti proposti mill-Kummissjoni biex tissaħħaħ id-dixxplina fiskali fiż-żona Ewro, magħrufa bħala Two-Pack. Dawn jinkludu s-sorveljanza aktar stretta tal-budgets tal-Istati Membri kif ukoll it-tisħiħ tal-monitoraġġ tal-Patt ta’ Stabbilità u Tkabbir. Se tkompli wkoll id-diskussjoni dwar il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea għal taxxa fuq it-transazzjonijiet finanzjarji kif ukoll dwar il-proposta għal reviżjoni tar-rekwiżiti ta’ kapital tal-banek u kumpaniji ta’ investiment.
Other Press Releases:
PR262022
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Disa’ persuni b’...
PR262021en