Left arrow Go Back

STQARRIJA MIR-RESIDENZA SAN VINCENZ DE PAUL

pr2194
Date Icon 07/10/2012

Il-Ħadd filgħaxija, għall-ħabta tal-5.45pm, weħel il-lift fis-Serenity Ward fir-Residenza San Vinċenz de Paul. Fih kien hemm ħames viżitaturi. Dan hu lift żgħir li jiflaħ piż massimu ta’ 400 kilo. 

L-indikazzjoni hi li fil-lift daħlu ammont akbar milli kien jiflaħ.  Dan wassal biex skatta l-emergency break sabiex il-lift la jkun jista’ jinżel ’l isfel u anqas jitla’ l fuq. Fil-fatt b’dak li ġara, wera li l-emergency break tal-lift ħadem kif suppost u bħala konsegwenza weħel il-lift.

Eżatt kif weħel il-lift, l-istaff tas-Serenity Ward minnufih avżaw l-uffiċjali tas-sigurtà u t-tim tal-manutenzjoni. Ftit wara waslu fuq il-post in-nies tekniċi tal-kumpanija privata C&D Ltd li kienet installat dan il-lift u li tieħu ħsieb il-manutenzjoni tiegħu. Sadattant fuq il-post waslu wkoll membri tal-protezzjoni ċivili.

Peress li  l-lift weħel bejn it-tieni u t-tielet sular, fuq il-post kellhom jintramaw it-travetti biex it-tekniċi setghu jsalu sal-kabina tal-lift. Intramaw ukoll chain blocks. Imbaghad ġie żarmat l-emergency break. Eventwalment il-lift tniżżel biex setgħu jinħarġu n-nies. Kontinwament l-istaff u s-security officers tar-Residenza San Vincenz kienu kontinwament f’kuntatt man-nies. Dan għaliex il-bieb tal-lift infetaħ beraħ u l-membri tas-sigurtà setgħu jitkellmu man-nies maqbuda fil-lift minn spazju ta’ madwar 20 ċentimetru li kien jidher sew mit-tieni sular. Tqabbdu wkoll fannijiet biex ikunu jistgħu jitfgħu arja friska fil-lift.

Il-ħames persuni nħarġu mil-lift għall-ħabta tad-9.10 pm.  Ta’ min jgħid li fl-ebda mument il-persuni maqbuda f’dan il-lift ma kienu f’xi periklu. Dan il-lift isirlu manutenzjoni b’mod regolari.  

Sadattant twaqqaf bord tal-inkjesta biex jinvestiga dan l-inċident. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Disa’ persuni b’diżabilità jiksbu ħiliet ġodda għal aktar indipendenza u opportunitajiet ta’ xogħol

PR262022

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Disa’ persuni b’...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Mediterranean Tourism Foundation meets the Speaker of the House of Representatives Carmelo Abela

PR262021en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Mediterranean Tourism Found...

More Press Releases Right arrow