F’GĦAWDEX JITWAQQAF IL-GOZO LIVE – PERFORMANCE WRITERS FORUM
GOZO LIVE – Performance Writers Forum qed jistieden lill-kittieba ta’ kull ġeneru biex jattendu l-laqgħa inawgurali li ser tittella’ nhar il-Ġimgħa 12 ta’ Ottubru fis-7 p.m. fis-Sala ta’ San Ġwann fiċ-Ċentru tal-Kultura u l-Arti fiċ-Ċittadella.
Kittieba mid-dixxipplini kollha huma mħeġġa jattendu din il-laqgħa sabiex iressqu l-ideat tagħhom dwar l-għanijiet u l-iżvilupp ta’ dan il-Forum. Huwa mistenni li din il-laqgħa tattira kittieba ta’ stejjer qosra, proża, kif ukoll rakkontaturi u dawk li jimprovizzaw. Kittieba ta’ drama huma mħeġġa li jagħtu wirja tax-xogħol li jkunu qed jaħdmu fuqu lill-udjenza preżenti. Poeti u kittieba u mużiċisti ta’ kanzunetti folkloristiċi għandhom jiltaqgħu regolarment biex jiddiskutu l-arti tagħhom.
Din l-istedina, mhix limitata biss għall-kittieba stabbiliti, iżda hija miftuħa wkoll għal dawk li għandhom potenzjal, b’mod partikolari il-kittieba ġodda. Huwa ppjanat li għall-bidu jsiru laqgħat regolari fiċ-Ċentru tal-Kultura u l-Arti fiċ-Ċittadella. Kittieba żgħar huma mistiedna wkoll – huwa mistenni li l-talent tat-tfal jiżviluppa u jiffjorixxi. Il-performing arts għandhom preżenza qawwija f’Malta u Għawdex. Għadd ta’ kittieba u poeti internazzjonali magħrufa, ħarġu minn dawn il-gżejjer. GOZO LIVE jagħraf li jkun ta’ sostenn u żvilupp, waqt li fl-istess ħin jipprovdi opportunita’ soċjali lil dawk l-artisti letterarji kollha biex jiltaqgħu u jagħtu l-prestazzjonijiet tagħhom fost sħabhom u viżitaturi oħra li japprezzaw l-arti tal-kitba.
GOZO LIVE jilqa’ wkoll kittieba minn postijiet oħra biex jingħaqdu mal-kittieba Għawdxin fi spirtu ta’ ħbiberija u koperazzjoni. Il-membri huma inkoraġġuti li jagħtu l-prestazzjonijiet tagħhom f’postijiet pubbliċi, fosthom parks, ġonna u plazas, kif ukoll waqt attivitajiet skolastiċi u kulturali. L-għan ewlieni tal-GOZO LIVE huwa li jżomm it-tradizzjoni tal-kitba kreattiva f’Għawdex u li jkabbar ir-reputazzjoni tal-gżira bħala post ta’ diversita’ kulturali u eċċellenza.
Dan il-proġett qed isir fuq l-inizjattiva ta’ Alan Lloyd, awtur u poeta residenti Għawdex, bl-appoġġ sħiħ tal-Uffiċċju tal-Kultura f’Għawdex fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex.
Other Press Releases:
PR262022
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Disa’ persuni b’...
PR262021en