Left arrow Go Back

ŻEWĠ MILJUN DOKUMENT TAL-ARKIVJU NAZZJONALI ĠEW DIĠITIZZATI

pr2177
Date Icon 05/10/2012

-         Se tinbena infrastruttura biex id-dokumenti jitpoġġew online
-         50 voluntier jagħtu aktar minn 2,000 siegħa ta’ ħidma volontarja lill-Arkivji Nazzjonali

Il-proċess ta’ diġitizzazzjoni tad-dokumenti tal-Arkivji Nazzjonali wassal biex sal-lum inħolqu madwar żewġ miljun immaġini diġitali ta’ dokumenti u bħalissa qed issir ħidma sabiex tinbena infrastruttura eletornika biex uħud minn dawn id-dokumenti jitpoġġew online u ikunu aċċessibli għall-publiku. Dan ħabbru l-Onor Clyde Puli, Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport waqt attività organizzata għall-voluntiera fl-Arkivju Nazzjonali. 

L-Onor Puli, qal li dan il-proċess ta’ digitizzazjoni beda wara ftehim li intlaħaq ma’ żewġ organizzazzjonijiet barranin li jispeċjalizzaw f’diġitizzazzjoni ta’ dokumenti arkivistiċi. Dawn qed jisponsorjaw din id-diġitizzazzjoni billi pprovdew l-apparat u qed iħallsu ħaddiema biex jiddiġitizzaw dawn id-dokumenti antiki mingħajr ma joħorġu dawn id-dokumenti mill-Arkivju Nazzjonali. Puli ħabbar li fost dawn l-immagni u dokumenti digitizzati, tlestew dokumenti li għandhom valur storiku kbir, fosthom ix-shipping registers u l-applikazzjonijiet tal-passaporti li jmorru lura għal bidu tas-Seklu 19 u kollezzjoni ta’ Kawżi tal-Qrati tas-Seklu 16. Dan il-proċess għandu jsaħħaħ il-presevazzjoni tad-dokumenti oriġinali u fl-istess waqt jagħti aktar aċċessibiltà lill-pubbliku u lil studjużi għall-kontentut ta’ dawn id-dokumenti.

Is-Segretarju Parlamentari qal li fl-aħħar snin il-Gvern investa ħafna fl-Arkivji Nazzjonali, bl-akbar investiment ikun fit-taħriġ tar-riżorsa wmana. Puli fakkar kif fl-2005 il-Gvern fetaħ il-kors ta’ arkivista’ fl-Università ta’ Malta, u aktar tard beda jagħti boroż ta’ studju għal min ried ikompli jispeċjalizza f’dan il-qasam barra minn Malta. Fakkar ukoll kif fl-aħħar tal-2011 twaqqfet Fakultà ġdida fl-Universita’ li tispeċjalizza fuq Media u  Knowledge Sciences biex fost oħrajn tħarreġ l-arkivisti u minn din is-sena akkademika dan il-kors qed jiġi offrut minn din il-Fakulta f’livell ta’ Degree u Diploma.  

Is-Segretarju Parlamentari fakkar wkoll li f’Ġunju li għaddha fl-Arkivji Nazzjonali kien inawgurat ukoll laboratorju tar-restawr magħmmar bl-aqwa teknoloġija, fejn illum f’din l-entita’ hemm nies imħarrġa fil-paljografija u fil-konservazzjoni biex il-wirt arkivistiku Malti jkun imħares.  

L-Onorevoli Puli radd ħajr lil madwar 50 volontier li f’dawn l-aħħar snin taw kontribut lill-Arkivju Nazzjonali. Huwa qal  li l-ħidma tal-Għaqda Ħbieb tal-Arkivji li ġiet imwaqqfa fis-sena 2000 tikkontribwixxi bil-bosta mhux biss lejn l-Arkivji Nazzjonali iżda wkoll lejn il-memorja kollettiva u l-identità tal-poplu Malti. Huwa ħabbar kif fl-2011, 39 volontier minn Malta, Franza, Italja, Rumanija, Ġermanja, Awstrija u Etjopja taw bejniehom madwar 2,000 siegħa ta’ ħidma volontarja fl-arkivji Nazzjonali. 

Huwa semma wkoll sensiela ta’ proġetti  li saru fl-aħħar snin, b’kollaborazzjoni ma’ individwi differenti, fosthom il-Wirja Permanenti dwar personalitajiet magħrufa Maltin, b’kollaborazzjoni mal-fotografu Tony Mangion; ir-restawr u ħolqien ta’ mużew tal-farmaċija fl-ispiżerija l-antika, ma’ Michael Bonnici; il-ħidma fuq il-kollezzjoni ta’ ritratti diġitali ma’ Kevin Casha; il-kisba tal-kollezzjoni ta’ Stan Fraser u l-wirja dwarhu kif ukoll diversi proġetti ta’ oral history ma’ Veronica Galea; u l-proġett li salva l-wirt tal-għana tas-snin Tletin ‘Malta’s Lost Voices’ ma’ Andrew Alamango.

Fis-serata ġew inawgurati għadd ta’ proġetti oħra fosthom, ir-restawr tal-forn l-antik tal-isptar – xogħol li sar kollu volontarjament mis-Sur Michael Bonnici;  L-għoti ta’ donazzjoni ta’ dokumenti tal-Kunsill Ċiviku ta’ Ħaż-Żebbuġ, ukoll minn Michael Bonnci; it-tnedija ta’ Gwida għall-użu tas-Sit elettroniku – Portal tal-Arkivji tal-Ewropa, liema ktejjeb sar f’fondi Ewropej u bil-ħidma tal-voluntier Tony Bonello; it-tnedija ta’ database li tkopri eluf ta’ ismijiet ta’ Maltin emigranti lejn l-Awstralja xogħol ieħor tal-voluntier emigrant Mark Caruana.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Disa’ persuni b’diżabilità jiksbu ħiliet ġodda għal aktar indipendenza u opportunitajiet ta’ xogħol

PR262022

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Disa’ persuni b’...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Mediterranean Tourism Foundation meets the Speaker of the House of Representatives Carmelo Abela

PR262021en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Mediterranean Tourism Found...

More Press Releases Right arrow