Left arrow Mur Lura

IMNIEDI STĦARRIĠ BIEX JISTABILIXXI X’KIENET L-ESPERJENZA TAL-PAZJENT FL-ISPTAR MATER DEI

pr2173
Date Icon 04/10/2012

Il-kwestjonarju jista’ jimtela direttament fuq it-touchscreen tas-sodod tal-pazjenti fis-swali

L-iSptar Mater Dei nieda stħarriġ bl-iskop li jiġi stabilit kif il-pazjent jevalwa l-esperjenza tiegħu waqt li kien rekoverat fl-iSptar Mater Dei.  Dan qiegħed isir permezz ta’ kwestjonarju li jista’ jimtela’ mill-pazjent fuq it-touchscreen li  jinsab ma’ kull sodda fis-swali differenti.

Il-Ministru Joe Cassar qal li l-esperjenza tal-pazjent hi importanti għal dawk kollha li jikkontribwixxu fil-proċess ta’ kura.  Din l-informazzjoni tindika wkoll fejn ikun jista’ jsir titjib.  Joe Cassar qal li l-iskop aħħari huwa dejjem dak li l-pazjent jingħata servizz dejjem aħjar.  Hu qal li għal dan il-għan ġew ippreparati żewġ kwestjonarji, wieħed għall-pazjenti fis-swali in ġenerali (eżempju dawk tal kirurġija, mediċina, pedjatrija), u ieħor għas-swali tal-maternita’.

Dan sar minħabba li s-servizzi li jiġu offruti fis-swali huma pjuttost differenti.

Il-kwestjonari huma offruti kemm bil-Malti u anke bl-Ingliz, u l-pazjent se jkun imħeġġeġ jimlihom hekk kif ikun mgħarraf li jista’ jmur id-dar.  Is-sistema hija maħluqa b’mod li tiżgura l-anonimita’ tal-pazjent, u minkejja li qed jiġi offrut fuq l-entertainment system, m’hemm bżonn li tinxtara l-ebda card biex jimtela’.

Il-kwestjonarji, li mhumiex obbligatorji, jikkonsistu minn 23 / 25 mistoqsija u jinkludu mistoqsijiet dwar il-kura mgħotija, indafa, u ospitalita’.  Dan se jippermetti li l-isptar ikun jista’ jqabbel dak li joħroġ mill-kwestjonarji bejn sala u oħra. 

Il-Ministru Cassar qal li peress li l-proċess huwa kollu diġitali u l-analiżi ssir b’mod awtomatiku, qed jiġi evitat ukoll l-użu ta’ karti u possibilita’ ta’ żbalji.  Il-Ministru Cassar irringrazzja lill-professjonisti varji li kienu involuti sabiex dan l-istħarriġ jista’ jibda’ jiġi offrut lill-pazjenti b’daqshekk kumdita’. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Disa’ persuni b’diżabilità jiksbu ħiliet ġodda għal aktar indipendenza u opportunitajiet ta’ xogħol

PR262022

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Disa’ persuni b’...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Mediterranean Tourism Foundation meets the Speaker of the House of Representatives Carmelo Abela

PR262021en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Mediterranean Tourism Found...

Aktar Stqarrijiet Right arrow