Left arrow Mur Lura

L-AWTORITA TA’ MALTA GĦALL-KOMPETIZZJONI U GĦALL-AFFARIJIET TAL-KONSUMATUR TISSALVAGWARDJA L-INTERESSI TAL-KONSUMATURI U N-NEGOZJI

pr2171
Date Icon 04/10/2012

L-Awtorita’ ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur tavża li bħalissa qed tagħmel sensiela ta’ laqgħat ma’ diversi sidien tan-negozju sabiex timplimenta l-liġi li kull prodott għal bejgħ irid ikun immarkat kemm bil-prezz tal-prodott kif wkoll bil-prezz ‘per kilo’ jew ‘per litre’ (prezz ta’ l-unita), biex il-konsumatur ikun jista jqabbel il-prezzijiet Dan se tkun qed tagħmlu sabiex tissalvagwardja kemm l-interess tal-konsumatur kif ukoll dawk tan-negozji u fl-istess ħin tara li l-ebda parti mhi se tigi milquta b’mod negattiv. L-Awtorita kellha wkoll laqgħa mal-Għaqda tal-Konsumaturi dwar il-prezz ta’ l-unita’.

L-Awtorita ta’ Malta ghall-Kompetizzjoni u għall-Affarijet tal-Konsumatur li ilha mwaqqfa minn Mejju tas-sena l-oħra, tiffoka x-xoghol tagħha f’dak li huwa l-qasam tal-protezzjoni tal-konsumatur. Għalhekk trid tara li tuza r-riżorsi tagħha bl-aħjar mod possibli, sabiex tassigura ruħha li l-konsumatur ikun protett. L-Awtorita’ bħalissa qegħda tintensifika l-ħidma taghha sabiex tara li tintervjeni fejn hemm bzonn, u dan mingħajr ma jkun hemm skossi fis-suq.

Fost l-ħidma sfieqa li tagħmel l-Awtorita’, bħalissa għaddej eżerċizzju sabiex jiġi assigurat li .l-prezzijiet tal-bejjiegħa tal-ħaxix ikollhom il-prezzijiet indikati tal-prodotti offruti għall-bejgħ. B’hekk il-konsumatur se jkun jista’ jara u jqabbel faċilment il-prezz mingħajr ma jkollu jsaqsi għall-prezz tal-prodott. Fil-fatt l-Awtorita tikkonferma li n-numru ta ’ ilmenti li rċeviet dwar bejjiegħa li ma jesibixxux il-prezz, kien tassew wieħed baxx.

L-Awtorita’ tagħmel ukoll spezzjonijiet regolari fil-ħwienet madwar Malta u Ghawdex  permezz tal-uffiċjali tagħha, u dan isir  sabiex jiġi iċċekkjat li l-ħwienet ikollhom il-prezzijiet indikati u jimxu mal-liġi .Dan isir f’diversi setturi fosthom stabbilimenti li jbiegħu l-ħwejjeġ , stationaries, ħwienet li jbiegħu ż-żraben, ġugaarelli eċċ. F’każ li l-Awtorita tirċievi xi lmenti jew tħoss li hemm il-ħtiega li għandha tintervjeni, jiġu ċċekjati u kkonfermati li l-prezzijiet huwa dawk li jkun hemm fuq il-cash register.

F’dak li għandu x’jaqsam mal-prezz ta’ l-unita, L-Awtorita tikkonferma li dan diġa qed isir fuq ċerti prodotti tal-ikel ipakkjat bħal ġobnijiet, perżut eċċ., fejn il-bejjiegħa diġa qed jimxu mal-liġi stabbilita, cioe’ li jagħmlu l-prezz kemm tal-kilo kif ukoll il-prezz skond il-piż li qed jixtru.

L-Awtorita’ qed tkompli bil-ħidma tagħha favur il-konsumatur iżda fl-istess ħin trid taċċerta ruħha li l-liġijiet li tkun se tinforza, ma jkollomx skossi jew riperkussjonijiet fuq in-negozji speċjalment dawk zgħar.

Wara li l-perjodu ta’ konsultazjoni jasal fi tmiemu, iġifieri  fl-aħħar ta’ Novembru ta’ din is-sena, l-Awtorita’ se tkun qed torganizza kampanja ta’ informazzjoni sabiex tinforma lill-ħwienet dwar kif ghandhom jaddottaw din il-ligi u  kif jikkonformaw mar-regolamenti.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Disa’ persuni b’diżabilità jiksbu ħiliet ġodda għal aktar indipendenza u opportunitajiet ta’ xogħol

PR262022

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Disa’ persuni b’...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Mediterranean Tourism Foundation meets the Speaker of the House of Representatives Carmelo Abela

PR262021en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Mediterranean Tourism Found...

Aktar Stqarrijiet Right arrow