Left arrow Go Back

APPROVAT IL-PERMESS BIEX IL-FOSS TAL-BIRGU JINBIDEL FI ĠNIEN GĦALL-FAMILJI - MISJUB IL-ĦAJT ORIĠINALI TAL-BASTJUN TA’ SAN ĠAKBU FIL-BIRGU MIBNI QABEL L-1565.

pr2170
Date Icon 04/10/2012

Il-foss tal-Birgu se jinbidel fi ġnien rikreativ fejn il-familji jkunu jistgħu jirrilassaw f’ambjent fejn ikunu jistgħu japrezzaw aktar is-swar maestużi li jdawwru id-daħla tal-Birgu. Dan kien żvelat dalgħodu mill-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarjiiet Rurali George Pullicino waqt li żar ix-xogħlijiet ta’ restawr li hemm għaddejjin fuq is-swar tal-Birgu, l-għada li l-MEPA approvat il-ħruġ tal-permess għar-riabilitazzjoni tal-foss.

Il-foss tal-Birgu joffri medda ta’ art twila  300 metru f’kobor ta’ madwar 10,000 metru kwadru ta’ art u tgħaqqad minn taħt l-entratura tal-Birgu (jiġifieri taħt Courve Port) u tibqa sejra sal-Posta ta’ Kastilja. Sa ftit snin ilu l-ispazju quddiem il-posta ta` Kastilja kien okkupat bl-Oil Depot.  Il-Gvern waqqa’ dan il-bini sabiex is-swar maestuzi jkunu jistgħu jiġu apprezzati aħjar, u jerġgħu jiġu kif kienu maħsuba li jidhru oriġinarjament. Issa minflok dan il-bini li kien hemm ser isir ukoll ġnien biex jikumplimenta l-proġett tal-ġnien tal-foss.  Il-permess ta` dan il-ġnien qiegħed quddiem il-MEPA għall-approvazzjoni. Il-Foss tal-Birgu, il-Posta ta` Kastilja kif ukoll l-ispazju ta` quddiem ser jinghaqdu flimkien wara li l-passaġġi oriġinal li hemm imħaffrin fil-blat u mibnija ġos-swar ser jerġgħu jinfetħu mill-ġdid għall-użu tal-pubbliku.

Il-foss tal-Birgu kien mitluq u anki s-swar li jdawwru l-foss kien jeħtiġilhom programm estensiv ta’ restawr. B' dan il-proġett  ser jinħoloq spazju ġdid miftuħ li filwaqt li jikkumplimenta x-xogħol ta` restawr, jagħti dehra iktar dinjituża lid-daħla tal-Belt fortifikata tal-Birgu.  Fil-Birgu qed isir restawr fuq is-swar bħala parti mill-akbar proġett ta’ restawr li qed isir fuq is-swar ta’ pajjiżna b’ko-finanzjament mill-Unjoni Ewropea, b’investiment totali ta’ €36 miljun fuq is-Swar tal-Birgu, l-Mdina, l-Belt Valletta u c-Cittadella f’Għawdex.

Id-ditch se jingħata dehra ġdida u se jkun imsebbaħ b’turf u vegetazzjoni endemika kif ukoll b’passaġġ maħdum minn materjal riċiklat, biex bi spazji żgħar fejn wieħed jista joqghod bilqegħda ikun jista’ japprezza l-wirt naturali u arkitettoniku tal-madwar.  L-iskala ta` dawn il-passaggi hi tali li tirrispetta l-ambjent li qegħdin fih.. Is-siġar li hemm fil-foss se jibqgħu fil-foss biss dawk is-sigar li bħalissa huma mħawwlin fuq l-istrutturi tal-Kaponier oriġinali li nstab taħt il-materjal mitfuħ ġol-foss ser jiġu trasplantati għall-istess foss.  B’hekk ma ssirx ħsara lil dawn il-fdalijiet oriġinal li ser jinkixfu biex is-sistema ta’ fortififikazzjonijiet tingħata dehra kompluta.

Dan il-Kaponier li instab fil-foss tal-Birgu  jmur lura għas-seklu 18 u kien maħsub li jifforma  parti minn sistema ta’ difiza li kienet tgħin biex id-difensuri tal-Birgu setgħu jilħqu il-partijiet esterjuri tad-difiza tal-Birgu, speċjalment billi jipproteġuhom huma u jaqsmu minn naħa għall-oħra tal-foss. Din l-istruttura tal-Kaponier hija ezempju uniku tat tip tagħha.  Parti kbira minn dan il-Kapunier tinsab  taħt is-siġar, għalhekk dawk is-siġar ser jitmexxew biex dan il-caponier jiġi eskavat kompeltament, irrestawrat u b’hekk jifforma parti mill-attrazzjonijiet tal-ġnien biex jitgawda mill-pubbliku.  L-ilma għat-tisqija ta’ dan il-ġnien se jintuża minn ġibjuni li diga jezistu fl-inħawi u li bħalissa l-ilma tagħhom ma jintużax. 

Bħalissa fil-Birgu għaddej ukoll xogħol quddiem Courve Port fejn qed tingħata dehra ġdida fid-daħla ta’ din il-Belt. Din id-daħla msebbħa se tkun il-bidu ta’ esperjenza unika li kull min se jżur il-Birgu se jgawdi mid-daħla sal-Birgu sat-tul tal-mixja tad-ditch. Dan il-proġett ta’ restawr fil-Birgu se jkun qed jgħaqqad mixja minn tarf sa tarf tal-Birgu, minn Courve Port, sal-Posta ta’ Kastilja. Dan qed isir ukoll permezz tal-ħnejja li nbniet fid-daħla tal-Birgu u li reġgħet għaqdet il-Bastjun ta’ San Ġwann li kien twaqqa biex minn ġo fih tgħaddi it-triq li hemm illum.  Il-bini tal-arkata, sar biex jerġa’ jintroduċi sens ta’ kontinwità fil-linja tas-swar tal-Birgu u jerġa’ jgħaqqad il-bastjun biex eventwalment iservi ta’ mixja madwar din il-Belt storika.

Is-swar li jdawwru dan il-Foss huma għoljin madwar 18-il metru. Dan jindika kemm ix-xogħol estensiv ta’ restawr kien wieħed dedikat u li rrikjeda sengħa kbira.  Waqt ir-restawr tal-Bastjun  ta’ San Gakbu, reġa ġie mikxuf il-ħajt orġinali tas-swar li nbena qabel l-Assedju l-Kbir tal-1565 fi żmien ir-renju tal-Gran Mastru La Vallette. Fuq il-bastjun ta’ San Gakbu kienu saru xi alterazzjonijiet fi żmien is-seklu 18 mill-inġinier militarji tal-Ordni ta’ San Gwann, il-Franciz Charles Francois de Mondion. Din is-sejba storika u sinjifikanti issa se tkun integrata fil-proġett ta’ restawr biex isservi wkoll ta’ attrazzjoni storika u kulturali.

Il-Ministru Pullicino qal li ma din il-lista ta’ proġetti fil-Birgu se jinbeda proġett ieħor dak ta’ pavimentar fit-toroq kollha tal-aktar parti antika tal-Birgu, dik li tissejjah il-Collachio. Is-sejha ghall-offerti giet ippublikata u huwa mistenni taghlaq iktar tard dan ix-xahar. Il-Ministru Pullicino qal li dan li qed isir fil-Birgu huwa xiehda ta’ kemm il-Gvern jemmen fil-potenzal tal-Kottonera kif ukoll huwa xhieda ta’ investiment favur livell t’għixien aħjar għar-residenti. Filwaqt li rringrazzja lill-ħaddiema kollha involuti fuq dawn il-proġetti, huwa qal ukoll li dawn il-proġetti qed joħolqu x-xogħol kemm dirett biex isiru l-interventi meħtieġa kif ukoll b’mod indirett. Dan għaliex diġa lejn il-Kottonera hu mifhum, skont statistika tal-MTA li jersqu man-nofs miljun turist fis-sena u b’dawn il-proġetti dan in-numru zgur li jiżdied u dan iġib miegħu akktar opportunitajiet ta’ xogħol f’dan is-settur. Tant hu hekk li l-Awtorita’ ta’ Malta dwar it-Turiżmu ħarġet compliance certificate lil 8 operaturi ġodda biex jiprovdu s-servizz ta’ guest house. Dan juri kemm l-investiment tal-Gvern fil-Birgu qed iwassal għal tkattir ekonomiku fl-inħawi.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Disa’ persuni b’diżabilità jiksbu ħiliet ġodda għal aktar indipendenza u opportunitajiet ta’ xogħol

PR262022

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Disa’ persuni b’...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Mediterranean Tourism Foundation meets the Speaker of the House of Representatives Carmelo Abela

PR262021en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Mediterranean Tourism Found...

More Press Releases Right arrow