DISKORS MILL-ONOR. AUSTIN GATT, MINISTRU GHALL-INFRASTRUTTURA, TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI, WAQT IT-TNEDIJA TAL-WEBSITE TAL-KUNSILL NAZZJONALI TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ - IL-ĦAMIS 4 T’OTTUBRU, 2012
Ninsab hawn għall-ftuħ uffiċjali ta’ din il-website minħabba li l-ġenerazzjoni żagħżugħa llum taċċetta l-fatt li kienet grazzi għall-viżjoni ta’ dan il-Gvern li pajjiżna huwa minn ta’ quddiem nett fl-Ewropa f’dak li għandu x’jaqsam ma’ ICT.
Malta tinsab fis-16-il post fid-dinja kollha f’dik li hi penetrazzjoni ta’ l-internet. Dan johrog mill-istudju tan-Nazzjonijiet Uniti.
Għal din is-sena biss il-Gvern investa aktar minn 53 miljun ewro fis-settur ta’ l-ICT.
Fil-fatt l-MCA se tkompli toffri aktar korsijiet bħalma kienu l-korsijiet ta’ l-ICT – ICT4all u EPITOME. Tul is-sena li għaddiet dawn il-korsijiet kienu suċċess. Is-sena l-oħra kienu 3000 persuna li ħadu l-kors ta’ l-ICT4all u 300 sid jew impjegat ta’ intrapriżi żgħar li ħadu t-taħriġ permezz ta’ l-EPITOME.
Mhux hekk biss iżda se jkomplu l-proġetti ta’ l-istallazzjoni tal-WiFi f’postijiet pubbliċi bħalma hu dan il-ġnien, u kampanji edukattivi bħal BeSmartOnline.
Qed jissaħħu wkoll is-servizzi tal-Gvern online (eGov), eForms u eProcurement, l-eLearning, l-istallazzjoni tal-Interactive Whiteboards fl-iskejjel, l-proġetti ta’ l-eSkills – biex aktar persuni jsibu impjieg fid-dinja ta’ l-IT, u fuq kollox tissokta l-ħidma fuq is-sigurta’ tas-sistemi teknoloġiċi tal-Gvern.
Is-suċċess ma jitkejjilx biss b’kemm nagħmlu courses imma.
98% ta’ l-istudenti fejn 9 u 14-il sena ikkonfermaw li għandhom l-internet id-dar u saħansitra 58% minnhom għandhom l-internet fil-kamra tagħhom. Dan joħroġ ċar minn studju li sar mill-Awtorita’ Maltija għal Komunikazzjoni f’Mejju li għadda, fost l-istudenti mill-Year 4 sa Form 4.
Barra dan is-suċċess, li qed jikkonfermawh il-familji Maltin u Għawdxin, il-Gvern imbarka fuq proġett nazzjonali, msejjaħ Fibre-to-the-home biex l-infrastruttura teknoloġika tkun future proof għat-teknoloġija ġdida li għad trid tiżviluppa.
Dan jikkonferma l-iżvilupp kbir li sar fis-settur tat-teknoloġija ta’ l-informazzjoni, l-internet u l-komunikazzjoni li sar taħt Gvern Nazzjonalista u li jagħmel minn pajjiżna mudell għal diversi pajjiżi oħra.
Mhux hekk biss iżda s-suċċess ta’ dan il-Gvern huma t-3,050 gradwat (bejn l-2010 u l-2011) li kollha rnexxielhom isibu impjieg.
Informazzjoni addizzjonali:
Il-website il-ġdida tal-KNŻ tikkumplimenta b’mod sħiħ il-portal ta’ Aġenzija Żgħażagħ għaliex tagħti liż-żgħażagħ informazzjoni dwar għaqdiet affiljati mal-KNŻ, u informazzjoni dwar l-opportunitajiet offruti liż-żgħażagħ minn dan il-Kunsill u għaqdiet oħra.
Wieħed mill-għanijiet ewlenin li għalihom ġiet imwaqqfa Aġenzija Żgħażagħ huwa propju biex tippromovi u tissalvagwardja l-interessi taż-żgħażagħ kif espressi fil-Politika Nazzjonali taż-Żgħażagħ u biex taghtihom l-ghoddod li ghandhom bzonn biex jirnexxu, fosthom permezz ta’ informazzjoni dwar l-opportunitajiet li jistghu jahtfu.
Informazzjoni korretta u aċċessibbli hija d-dritt ta’ kull żgħażugħ u żgħażugħa għaliex tipprovdilhom il-kapaċità li jieħdu deċiżjonijiet awtonomi fil-perijodu meta huma jgħaddu minn diversi transizzjonijiet tul ħajjithom. Għalhekk, informazzjoni tajba hija mezz ieħor ta’ empowerment għaż-żgħażagħ.
Fis-26 ta’ Frar 2011 ġiet imnedija l-Youth Information Portal tal-Aġenzija Żgħażagħ. Is-servizz ta’ informazzjoni għaż-żgħażagħ huwa forma partikulari ta’ xogħol fil-qasam taż-żgħażagħ li żviluppa b’mod imgħaġġel madwar l-Ewropa. Dan il-Portal ta’ Informazzjoni għaż-Żgħażagħ, apparti milli joffri informazzjoni interessanti mmirata lejn il-ħtiġiet taż-żgħażagħ, fih kalendarju ta’ avvenimenti speċifikament għall-attivitajiet organizzati mill-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, u jinkludi aħbarijiet riċenti relatati ma’ diversi opportunitajiet għaż-żgħażagħ. Fuq kollox, dan il-Portal qed ikun il-link bejn l-għaqdiet taż-żgħażagħ, iż-żgħażagħ Maltin u l-Aġenzija Żgħażagħ.
Fi Frar li għadda, il-portal ġie ċċertifikat mill-European Youth Information and Counselling Agency (ERYICA), li hija aġenzija Ewropea li tiffoka fuq l-informazzjoni għaż-żgħażagħ.
Other Press Releases:
PR262022
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Disa’ persuni b’...
PR262021en