REKORD IEĦOR FIT-TURIŻMU - F’AWWISSU KIEN HAWN L-OGĦLA NUMRU TA’ TURISTI LI QATT ŻARU MALTA F’XAHAR WIEĦED
Fix-xahar ta’ Awwissu ġew Malta kważi 200,000 turist. Dan huwa l-akbarnumru ta’ turisti li qatt ġew Malta f’Awwissu. Aktar minn hekk huwa l-akbarnumru ta’ turisti li ġew Malta f’xahar wieħed kemm ilha tinżamml-istatistika. Awwissu għalhekk ikompli fuq ix-xejra pożittiva li bdietminn April 2012.
Statistika tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) turi li f’Awwissu 2012ġew Malta 199,430 turist, żieda ta’ 8,376 (+4.4%) turist fuq Awwissu 2011. Danhuwa l-ogħla numru ta’ turisti li qatt żaru Malta f’xahar wieħed,fl-istorja tat-turiżmu f’Malta. Anke fl-iljieli u n-nefqa reġistrati f’Awwissu2012, pajjiżna kellu riżultati rekord. It-turisti li żaru Malta f’Awwissu2012 qattgħu 2,097,790 lejl li jfisser żieda ta’ 187,683 (+9.8%) lejl fuqAwwissu 2011 u nefqu aktar minn €225 miljun li tfisser żieda ta’ aktar minn€15,-il-miljun fuq Awwissu tas-sena l-oħra. Dawn ir-riżultati pożittivi jfissrukummerċ għall-lukandi, guesthouses, u servizzi ta’ akkomodazzjoni,għar-ristoranti kif ukoll aktar xogħol għal gwidi u għax-xufiera tat-taxis udawk li joffru servizz ta’ trasport għat-turisti. Dawn ir-riżultati jfissru wkollaktar kummerċ għas-sidien ta’ diversi ħwienet u negozji u l-ħolqien ta’ aktarimpjiegi f’pajjiżna.
L-istatistika tal-NSO turi li pajjiżna qed ikollu riżultati pożittivi fitlett indikaturi ewlenin tas-settur turistiku u fil-fatt l-ewwel tmien xhur ta’din is-sena kienu rekord għas-settur turistiku kemm fl-ammont ta’ turisti,fl-iljieli li qattgħu Malta u anke fin-nefqa tagħhom f’pajjiżna. L-istatistikatal-NSO turi li fil-perjodu bejn Jannar u Awwissu 2012 ġew f’pajjiżna 981,286turist, li jfisser żieda ta’ 7,378 turist fuq l-ewwel tmien xhur tas-sena li għaddietli kienet sena rekord. Dawn qattgħu 8,463,284 lejl f’pajjiżna li jfisser żiedata’ 474,416 (+5.9%) lejl fuq il-perjodu Jannar-Awissu 2011 u nefqu aktar minn€908 miljun li jfisser żieda ta’ aktar minn €56 miljun fuq l-ewwel tmienxhur tas-sena li għaddiet.
Dawn ir-riżultat jsaħħu l-ekonomija ta’ pajjiżna u huma frotttal-koperazzjoni bejn id-diversi stakeholders u l-ħaddiema li jaħdmudirettament jew indirettament fis-settur turistiku. Il-Gvern jibqa’ impenjat lijsaħħaħ is-settur turistiku li huwa pilastru ewlieni tal-ekonomija ta’ Malta uli l-investiment fih wassal biex fl-aħħar ħames snin, pajjiżna kellu erba’ sninrekord. Ir-riżultati pożittivi matul din is-sena jkomplu jibnu fuql-istrateġija mħaddna fl-aħħar snin li kienet ibbażata fuq investiment fil-prodott,l-aċċessibilita’ u l-promozzjoni effettiva. Il-Gvern qed isegwi wkollil-proposti tal-Politika tat-Turiżmu (2012-2016) li tagħti direzzjoni lil danis-settur li r-riżultati pożittivi minnu jissarrfu f’kummerċ għan-negozjilokali, fil-ħolqien tax-xogħol għall-famiji Maltin u f’ekonomija iktar b’saħħitha.
Stqarrijiet Oħra:
PR262022
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Disa’ persuni b’...
PR262021en