STQARRIJA MILL-MINISTERU TAS-SAĦĦA, L-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITA`
Aktar servizzi għall-pazjentiviċin il-lokalita’ tagħhom
Kieku l-Oppożizzjoni ħarset sew lejn dak li qiegħed iseħħ kienet tindunali qiegħed isir investiment fiċ-ċentri tas-saħħa biex il-poplu jinqedaaħjar. Fil-fatt hekk qiegħed iseħħ u kif diġa tħabbar qiegħed isir investimentsostanzjali fiċ-ċentri tas-saħħa tal-Mosta u tar-Rabat biex il-professjonistikun jista jaħdem aħjar u l-pazjent jinqeda aħjar.
Barra minn hekk l-investiment li sar propju f’magna diġitali tal-X-Rays fiċ-ċentrutas-saħħa tal-Mosta, liema servizz qed jingħata 24 siegħa kuljum, qed jissarraff’pazjenti moqdija aktar malajr u f’tobba li jistgħu jipprovdu djanjosi aktar preċiża.
Ir-realta hi li filwaqt li ħsara f’magna titranġa, politika serja tirriżultaf’servizz effiċjenti għal pazjent.
Bħas-soltu il-Malta Labour Party sab ħin jikteb stqarrija simili filwaqtli jinjora dak li jkun għaddej fil-qasam. Per eżempju l-oppożizzjoni ma qaletassolutament xejn dwar ftehim ieħor li sar mall-privat dwar l-operazzjonijiettal-irkoppa u l-MRIs, ma qalet xejn dwar il-ftehim li sar mall-Gvern Taljan lipermezz tiegħu pazjent Maltin li jirrikjedu servizz speċjalizzat u partikolarise jieħduħ b’xejn minn uħud mill-aqwa ċentri Ewropej, ma qalet xejn dwarin-numru ta operazzjonijiet dejjem jiżdied u ma qalet xejn dwar diversiinizjattivi oħra li huma r-riżultat tal politika li l-Għaqda Dinjija tas-Saħħaiddeskriviet bħala “eżempju għar-reġjun Ewropew.”
l-Oppożizzjoni saħansitra injorat il-laqgħa tal-GħaqdaDinjija tas-Saħħa li saret f’pajjiżna fejn Malta giet meqjusa bħala mudellfil-qasam tas-saħħa, iżda sabet ħin tikteb stqarrija!
Stqarrijiet Oħra:
PR262022
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Disa’ persuni b’...
PR262021en