Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU TAS-SAĦĦA, L-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITA`

pr2164
Date Icon 04/10/2012

Aktar servizzi għall-pazjentiviċin il-lokalita’ tagħhom

Kieku l-Oppożizzjoni ħarset sew lejn dak li qiegħed iseħħ kienet tindunali qiegħed isir investiment fiċ-ċentri tas-saħħa biex il-poplu jinqedaaħjar.  Fil-fatt hekk qiegħed iseħħ u kif diġa tħabbar qiegħed isir investimentsostanzjali fiċ-ċentri tas-saħħa tal-Mosta u tar-Rabat biex il-professjonistikun jista jaħdem aħjar u l-pazjent jinqeda aħjar. 

Barra minn hekk l-investiment li sar propju f’magna diġitali tal-X-Rays fiċ-ċentrutas-saħħa tal-Mosta, liema servizz qed jingħata 24 siegħa kuljum, qed jissarraff’pazjenti moqdija aktar malajr u f’tobba li jistgħu jipprovdu djanjosi aktar preċiża. 

Ir-realta hi li filwaqt li ħsara f’magna titranġa, politika serja tirriżultaf’servizz effiċjenti għal pazjent. 

Bħas-soltu il-Malta Labour Party sab ħin jikteb stqarrija simili filwaqtli jinjora dak li jkun għaddej fil-qasam.  Per eżempju l-oppożizzjoni ma qaletassolutament xejn dwar ftehim ieħor li sar mall-privat dwar l-operazzjonijiettal-irkoppa u l-MRIs, ma qalet xejn dwar il-ftehim li sar mall-Gvern Taljan lipermezz tiegħu pazjent Maltin li jirrikjedu servizz speċjalizzat u partikolarise jieħduħ b’xejn minn uħud mill-aqwa ċentri Ewropej, ma qalet xejn dwarin-numru ta operazzjonijiet dejjem jiżdied u ma qalet xejn dwar diversiinizjattivi oħra li huma r-riżultat tal politika li l-Għaqda Dinjija tas-Saħħaiddeskriviet bħala “eżempju għar-reġjun Ewropew.”   

l-Oppożizzjoni saħansitra injorat il-laqgħa tal-GħaqdaDinjija tas-Saħħa li saret f’pajjiżna fejn Malta giet meqjusa bħala mudellfil-qasam tas-saħħa, iżda sabet ħin tikteb stqarrija!

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Disa’ persuni b’diżabilità jiksbu ħiliet ġodda għal aktar indipendenza u opportunitajiet ta’ xogħol

PR262022

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Disa’ persuni b’...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Mediterranean Tourism Foundation meets the Speaker of the House of Representatives Carmelo Abela

PR262021en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Mediterranean Tourism Found...

More Press Releases Right arrow